Fl-istejjer preċedenti spjegajt kif Louis Galea jibqa’ jinsisti bl-ossessjoni tiegħu li jagħmel mill-Partit Nazzjonalista l-playground tiegħu.
Il-mistoqsija l-kbira tiegħi tibqa iżda għaliex jibqa’ jossessjona?
Għaliex fil-verita, minkejja li kien identifikat minn Eddie Fenech Adami fl-1996 bħala persuna li kien qed ixewwex biex jitneħħa minn kap wara t-telfa elettorali ma’ Alfred Sant, Louis Galea kien ixxurtjat li l-istess Fenech Adami kien xorta ħallih iferfer wara r-rebħa elettorali tal-PN l-1998, u kien inħatar Ministru tal-Edukazzjoni.
Miżmum taħt l-għajn viġilanti ta’ Fenech Adami, mill-1998 il-quddiem, Louis Galea beda t-triq għan-niżla fil-karriera politika tiegħu.
Għal Louis Galea, kien wasal il-mument tal-kontijiet miegħu minn naħa tal-attivisti u tal-partitarji Nazzjonlisti li bdew jifhmu sewwa sew min hu, u anki x’kienu l-ambizzjonijiet tiegħu. Tant hu hekk li Charlo Bonnici, wieħed mill-aktar fdati fis-Segretarjat Privat tiegħu, iddeċieda li jikkontesta hu wkoll għall-Elezzjoni Ġenerali, flok ma ħadem għall-Ministru tiegħu stess.
Il-biċċa xogħol kontra Fenech Adami fl-1996 kienet ċara. Dakinhar Louis Galea ried jittanta jsir Kap tal-PN hu flok Eddie Fenech Adami.
Tant dik kienet l-ambizzjoni tiegħu, li reġa pprova fl-2004, malli Fenech Adami ħabbar li kien se jwarrab mit-tmexxija u pront kien Galea biex tefa’ n-nomina tiegħu għat-tellieqa.
Ikkontesta għal Kap ma’ John Dalli u Lawrence Gonzi.
Iżda Louis Galea kellu jirtira mit-tellieqa mal-ewwel round, wara li ma kisibx biżżejjed appoġġ mill-Kunsilliera tal-partit. Fil-fatt ir-riżultat li kiseb kien medjokri ħafna.
Baqa’ għaddej bħala Ministru żopp wara t-telfa fit-tellieqa għat-tmexxija tal-PN, li eventwalment kienet intrebħet minn Lawrence Gonzi.
Iżda meta l-Leġiżlatura kienet waslet fi tmiemha u ssejħet l-elezzjoni tal-2008, Lousi Galea baqa’ l-art wara li spiċċa ma kienx elett minn fuq żewġ distretti.
Galea ħadha bi kbira, u għamel minn kollox biex Gonzi jagħtih xi ħaġa u jsalvah mill-umiljazzjoni.
Baqa jitkarrab miegħu sakemm Gonzi pproponih għall-kariga ta’ Speaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti, u xorta hemmhekk ried aktar għaliex fl-2010 kien ġennen lil Gonzi biex jibgħatu bħala Awditur fil-Qorti Ewropea, fejn il-paga u l-pensjoni kienet tajba ħafna.
Ladarba t-term tiegħu fi Brussels ġie fi tmiemu, kellu jirritorna Malta, fejn sab li f’ Kastilja kien daħallu inkwilin ieħor li jismu Jospeh Muscat.
Minn hemm il-quddiem, Louis Galea issorvelja, u ggwida t-tmexxija ta’ Simon Busuttil fil-PN u falla fl-2017 meta l-partitarji għażlu lil Afrian Delia minkejja l-ħsara kollha li għamlitlu l-makna tal-PN.
Hawnhekk jidħol mill-ġdid Louis Galea nkiss inkiss minn wara l-kwinti bħala l-Eminice Gise, li ħoloq lil Karol Aquilina bħala kandidat u wara Deputat tal-PN, u lil ħuħ Robert Aquilina bil-formazzjoni ta’ Repubblika bħala skuża ta’ NGO li kienet se tiġġieled kontra Gvern Laburista minħabba l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.
Fl2017, Louis Galea għadda biex ħadem ma’ Adrian Delia u ttradih xorta waħda wara sentejn.
Delia ma kienx qed jgħoġob lilu u lil tal-establishment, għalhekk skatta l-Pjan B.
Louis Galea mexxa u ggwida lil Bernard Grech lejn it-tmexxija tal-PN. Irnexxielu jirbaħ dak is-sodisfazzjon.
Wassal lil Bernard Grech għat-telfa elettorali kolossali tal-2022, u xorta għamel minn kollox biex żammu hemmhekk għaliex ma kellux minn fejn jagħżel aktar. Tant laħaq għaffeġ u fired lill-PN, li Louis Galea u sħabu kellhom bilfors jiggwidaw lil Grech ikompli fit-tmuin tal-PN minkejja d-disfatta elettorali.
Iżda minkejja li llum Louis Galea jinsab f’nofs is-sebgħinijiet tiegħu, jibqa’ osessjonat bil-PN.
Minkejja li l-attivisti u l-partitarji kienu ilhom li xkupawh, jibqa’ jfeġġ wara l-bieb ta’ barra tad-dar Ċentrali f’Tal-Pieta bla invit.
Jidħol permezz ta’ Karol Aquilina, u llum qed jimmanuvra biex jibda l-proċess li jbiddel mill-ġdid lill-Kap tal-Partit, mgħejjun minn Repubblika mmexxija minn ħuħ Robert Aquilina.
Għal Louis Galea, Bernard Grech mhux kapaċi, allura armi u biddel. Iżda minn irid ipoġġi minfloku (Simon Busuttil) għandu ftit baggage, iżda jikkonvinċi lil Louis Galea li għandu l-istoffa li jreġġalu lura lill-PN għal kif iridu: Tiegħu!
Għandi issa din il-mistoqsija għall-attivisti u għall-partitarji nazzjonalisti li f’dawn il-ġimgħat qed jesperjenżaw l-implużjoni tal-PN frott il-mod ta’ kif qed imexxi lil Karol Aquilina f’iesm Louis Galea: Meta se ssalvaw lill-PN minn idejn Louis Galea u ssabtulu l-bieb f’wiċċu darba għal dejjem?