L-eks Ministru Nazzjonalista Louis Galea, illum meqjus bħala l-moħħ wara l-istrateġija ta’ Karol Aquilina fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, kien l-uniku li ma tkellem xejn dwar il-mewt din il-ġimgħa ta’ Alfred Bugeja, magħruf bħala il-‘Porporina’..
Bugeja miet din il-ġimgħa fl-eta ta’ 69 sena wara biss ftit ġimgħat bħala raġel ħieles mill-ħabs, wara li qatta kważi ħajtu kollha f’detenżjoni.
Louis Galea għandu kull raġun ikun sieket u ma jikkummenta xejn dwar il-mewt tal-Porporina, għaliex kien propju fi żmienu – bħala Ministru tal-Intern fis-snin 90 li Bugeja kien beda bil-viżżju tad-droga fil-Ħabs ta’ Kordin.
Dak iż-żmien Louis Galea kien ftaħar li kien ġab lil Jim Roland mill-Istati Uniti biex imexxi l-Ħabs ta’ Kordin.
Matul iż-żmien li Roland kien Direttur tal-Ħabs, Louis Galea għamilha ta’ xhud fit-tieġ ta’ Bugeja fi ħdan il-faċilita’ ta’ Kordin, iddaħħlu l-kameras ta’ Xarabank li nefħu l-ġrajja, u kien fi żmien l-istess Louis Galea u Jim Roland li Bugeja kien ħarab mill-ħabs darbtejn.
Bugeja jibqa’ vittma ta’ sistema żbaljata u xalatura minn żmien il-PN fil-Gvern fejn id-droga kienet tidħol b’normalita’ liema bħala, u tkun ittraffikata quddiem għajnejn kulħadd.
RITRATT: Alfred Bugeja, (il-Porporina) li miet din il-ġimgħa fl-eta ta’ 69 sena
Agħar minn hekk, taħt Gvernijiet tal-PN, b’ Louis Galea u Tonio Borg bħala l-Ministri responsabbli mill-ħabs, kienet ġiet organizzata waħda mill-akbar importazzjonijiet tad-droga fil-pajjiż u li kienet organizzata mill-Ħabs stess bejn diversi priġunieri, fosthom Bugeja.
Il-każ imur lura għall 2001 meta grupp ta’ priġunieri kienu se jimpurtaw żewġ kilos kokaina, kilo eroina u 2,000 pillola extacy mill-Olanda bl-għajnuna ta’ diversi nies fuq barra.
Mal-Porporina kien hemm kompliċi il-magħrug Emmanuel Camilleri ‘il-Bully’ tal-Mqabba, li Louis Galea jafu sewwa ħafna.
Camilleri qed jiskonta piena ta’ għomor il-ħabs fuq bomba li kwasi qatlet lill-omm l-eks Deputat Kummissarju ta’ dak iż-żmien Michael Cassar, u traffikar ta’ droga.
Jkun ħafna għaqli għal Louis Galea li jaħseb ftit qabel ma jimmanuvra minn wara l-kwinti tal-Partit Nazzjonalista u jiggwida lil ċerti personalitajiet u anki Deputati PN biex jitkażaw bil-ħabs taħt Gvern Laburista, għaliex jekk jgħolli jdejh, ir-riħa tinten li toħroġ kapaċi tissoffokah.