Bħan-nagħaġ ta’ Bendu, id-Deputati Nazzjonalisti llejla mistennija jerġgħu jobdu lis-sid il-ġdid tagħhom – karol Aquilina – u se jerġgħu joħorġu l-barra mill-Kamra tar-Rappreżentanti, biex jevitaw li jivvutaw kontrih.
Hekk kif illum wara nofsinhar se jkompli d-dibattitu fuq il-Mozzjoni mressqa mill-Gvern li ssejjaħ għal kundanna għall-imġieba skorretta u pastaża ta’ Karol Aquilina lejn l-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia, il-Grupp Parlamentari tal-PN baqa’ mwaħħal f’nuqqas ta’ qbil assolut fuq pożizzjoni jew diskors.
Bħall-bieraħ, id-Deputati se jkollhom isegwu l-ordni ta’ Karol Aquilina u mhux ta’ Bernard Grech, hekk kif in-nuqqas serju tiegħu ta’ deċiżjoni rendih impotenti u rrilevanti quddiem kemm il-Parlament, il-pajjiż kif ukoll quddiem il-poplu.
Minkejja li huma mill-anqas sitta d-deputati nazzjonalisti li jixtiequ jivvutaw mal-Gvern u favur il-mozzjoni ta’ kundanna kontra Aquilina, dawn l-istess Deputati qed jgħażlu li jibqgħu gallarija u jippreferu ma jitkellmux, għajr li bl-aktar mod ipokrita qed jispiċċaw jiġbdu l-ħabel li qed jagħtihom il-Kap il-ġdid de facto tagħhom, Karol Aquilina.