(RITRATT: Bernard Grech waqt St. Patrick’s f’San Ġiljan fl-2022)
Il-kriżi gravi li żviluppat fi9 ħdan il-Partit Nazzjonalista, wasslet biex Bernard Grech il-bieraħ filgħaxija jħassar iż-żjara tradizzjonali tiegħu qalb l-eluf kbar ta’ żgħażagħ li ħonqu San Ġiljan, għaċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Jum San Patriżju (St. Patrick’s Day).
Bernard Grech ma kellux il-mohh għall-briju wara ġurnata intensiva ta’ ġlied fi ħdan il-Grupp Parlamentari tiegħu, li eventwalment wassal għall-umiljażżjoni tiegħu meta kellu jċedi għal Karol Aquilina li litteralment ġiegħlu jiddefendih quddiem pajjiż sħiħ minkejja l-korla għall-imġieba pastaża tiegħu lejn l-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia.
Grech ma niżilx San Ġiljan fuq parir tal-kollaboraturi tiegħu, li wissewh fuq il-messaġġ żbaljat ħafna li seta’ jibgħat lill-partitarji li huma rrabjati ħafna għal dak li qed jiġri fil-PN.
Dawn il-kollaboraturi wissewh li fiċ-ċirkostanżi, ma kienx post Bernard Grech f’San Ġiljan il-bieraħ, partikularment maż-żgħażagħ, hekk kif il-fergħat taż-żgħazagħ tal-Partit – fosthom l-MŻPN – ma riedux jarawh b’nemes, hekk kif tilef kull awtorita’ fuq il-PN.
Intant, b’serenita’ kbira, il-bieraħ filgħaxija. niżel qalb iż-żgħażagħ f’San Ġiljan il-Prim Ministru u Mexxej Laburista Robert Abela, li ngħata merħba kbira miż-żgħażagħ li tkellmu miegħu u ħadu ritratti u filmati miegħu.