Jekk kien hemm mument partikolari li spikka mill-kriżi li żviluppat fi ħdan il-Partit Nazzjonalista l-bieraħ filgħaxija, kien ir-ritratt li ttieħed barra l-Parlament, b’Karol Aquilina eżatt b’sidru ma’ dahar Bernard Grech.
Ir-ritratt immortalizza l-arroganza mhux biss tiegħu – li bl-aktar mod sfaċċat poġġa sidru ma’ dahar dak li suppost hu l-Kap tiegħu, b’dehera ta’ bully li kulma kien jonqsu kien li jonfoħlu u jwaqqgħu mal-art f’att ieħor ta’ umiljazzjoni u intimidazzjoni.
Dak hu Karol Aquilina, fid-demm u l-laħam. Rithless u sfaċċat, jonfoħ minn imniffsejh f’għonq Bernard Grech.
Insomma, fi ftit kliem, f’dak il-frame ta’ ritratt karol Aquilina mmortalizza f’kolp wieħed l-arroganza assoluta tas-sistema, tal-ħsieb u tal-metodu krudili u sfaċċat tal-PNli issa daħal fil-pori kollha tal-PN.
Jekk wieħed jinnota, Karol Aquilina saħansitra libes għall-okkażjoni, kuntrarju għad-diversi drabi meta kien jieħol fil-Parlament liebes qmis mhux mgħoddija sew u bl-għonq miftuħ.
Anżi, peress li kien jaf li se jkollu l-attenżjoni kollha tal-media fuqu, ħass li kellu jitfa libsa ġdida, qmis stirata sew u ingravata ċelesti ġdida. Lkoll ħwejjeġ li jagħtu d-dehra ta’ tmexxija.
IR-RITRATT LI L-BIERAĦ IMMORTALIZZA L-ARROGANZA ASSOLUTA TAS-SISTEMA PN
Anki f’dan il-mument, Karol għażel li jibgħat messaġġ, akkurat iżda sottili, biex kulħadd ikun jaf li mill-bieraħ filgħaxija rebaħ id-dominju fuq Bernard Grech, fejn wasslu fejn ried hu, u flimkien miegħu wassal ukoll lill-Grupp Parlamentari biex ikunis-serv umli tiegħu.
Ir-ritratt tal-bieraħ jissimbolizza ħafna, jispjega ħafna, u jirrefletti fuq kollox, kif għall-PN, mhux biss lanqas bejniethom ma jidħol ir-rispett, iżda jiftaħ beraħ dibattitu nazzjonali dwar il-perikolożita’ ta’ karattri bħal Karol Aquilina, li jagħżel li jgħaffeġ fuq sħabu stess, aħseb w ara fuq in-nies, l-eletturi komuni.
Ir-ritratt tassew hu l-konferma tal-arroganza nazzjonalista, li hu lest jirrombla fuq kulħadd biex tgħaddi tiegħu.
Qed jirromblaw għat-tieni darba fuq il-Kap tagħhom. Ħaduha drawwa.
Lesti jirrumblaw minn fuqhek, li jkissruk, basta jaslu għal dak li jridu huma.
Ili nwissikom li hekk taħdem il-famuża klikka tal-estremisti.