Ir-rebus li tqajjem mill-egoiżmu u l-ardir ta’ Karol Aquilina kisser għal kollox il-moral tal-ħaddiema fid-Dar Ċentrali, u fl-istess ħin iddemoralizza lill-istaff fl-amministrazzjoni tal-Partit.
L-iżviluppi drammatiċi li l-bieraħ filgħaxija wasslu biex Bernard Grech jispiċċa jċedi għal kull impożizzjoni ta’ Karol Aquilina, wasslu għal mewġa ta’ rabja u diżappunt minn kull mfront.
Mill-ġrupp parlamentari, sal-partitarji u l-attivisti fil-kumitati sezzjonali.
Il-kolp ta’ stat mwettaq minn Karol Aquilina rnexxa, u kulħadd issa qed jibża minnu u qed jibża l-aktar minn dak li kapaċi jagħmel aktar Aquilina biex jikkonsolida l-pożizzjoni tiegħu bħala l-Kap de facto tal-partit.
F’dan il-mument. Bernard Grech – impotenti u ċass quddiem kollox li qed iseħħ – qed iħabbat wiċċu ma’ maltemp li ġej minn kullimkien, b’wisq fronti miftuħin u kollha jinsabu f’taqbida kontra xulxin.
Hemm il-front tal-anti u l-facur Karol, il-front tal-anti u favur Alex Borg, il-front ta’ anti Darren Carabott, il-front tal-anti jew favur is-0Segretarju Penerali l-ġdid Charles Bonello.
Fil-PN ħadd aktar m’hu qed jiġbed l-istess ħabel, għajr dak tal-interess individwali.
Ħadd m’hu qed jadfa lill-ħadd, u l-leaks ta’ informazzjoni ġejjin minn kullimkien.
Fil-PN qqed tikber tensjoni kbira, u riesaq ma’ kull minuta lejn l-implużjoni, filwaqt li problem kbar ħafna qed ikomplu jiżdied, b’mod partikolari dawk fianżjarji, hekk kif waslu biex jiskadu ammonti kbar ta’ ċedoli li għalihom il-PN jeħtieġ mill-anqas €4 miljuni biex ikun jista jonora l-obbligi finanzjarji tiegħu ma’ dawk li sellfuh il-flus f’dawn l-aħħar snin.
Internament hemm il-biża, li l-kriżi li ħoloq Karol Aquilina se jwassal biex għadd ta’ benefatturi jiefqu jagħatu d-donazzjonijiet, filwaqt li dawk li għandhom jieħu l-flus taċ-ċedoli jibdew ifaqqgħu is-sekwestri, b’talbiet immedjati għar-refużjoni tal-flejejs mislufa.
Diversi qed isostnu li ċ-ċedoli saru ma jiswew xejn għar titlu ta’ junk bonds’.
Din hi r-raġuni għaliex qed ikunu organizzati tant maratoni biex jinġabru l-fondi.
Mill-bieraħ filgħaxija, il-PN mhux qed jiffonżjona f’ambjent ta’ business as usual, iżda f’ambjent ta’ kriżi u emerġenża eżistenzjali.