Jikber ir-rebus fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, li mhux biss għandu l-problema Karol Aquilina, iżda qed ikompli jinfirex l-għadab tal-partitarji u l-attivisti kontra l-manuvri li wasslu għall-ħatra ta’ Charles Bonello bħala s-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-PN,
Wara t-telefonati kontinwi fuq Net FM mill-partitarji, issa anki l-attivisti qed jiktbu fuq Facebook kontra l-ħatra ta’ Bonello.
Illum kiteb Charles Micallef St. John, attwalment il-President tal-Kumitat Sezzjonali tal-PN fil-Gżira, u eks Kunsillier fil-Kunsill Lokali tal-Gżira.
Micallef St. John kiteb kummentiu li jgħaddu b’żufjett lil Charles Bonello, u qal li li malli sema’ li Bonello nħayat Segretarju Ġenerali, għamel “weekend maqsuM bid-daħq.”