B’timing preċiz, u li jikkonċidi mad-deċizjoni ta’ Bernard Grech li jagħti r-riħ u l-arja lil Karol Aquilina flok ma kkundanna l-imġieba skorretta u abbużiva tiegħu fil-konfront tal-iSpeaker, beda jiċċirkola messaġġ bl-SMS jistaqsi jekk smajniex li l-FIAU bdietx tinvestiga lil Bernard Grech.
Il-messaġġ li waslilna llejla bil-mistoqsija fuq l-FIAU u Bernard Grech.
Mhux magħruf jekk huwiex minnu li l-FIAU qed tinvestga lil Grech, iżda l-messaġġ hu simili ħafna għat-tattika użata ħames snin ilu meta kien beda l-attakk lin wassal għat-tneħħija ta’ Adrian delia minn Kap tal-PN.
Li hu ċert żgur hu li fost dawk li qedvjaħdmu kontra t-tmexxija ta’ Grech nl-aġenda estremista tagħhom, hemm min kunbinazzjoni huma midħla ħafna tal-FIAU, u kienu ta’ spiss is-sorsi ta’ leakages strateġiċi kontra nies partikolari.
Sadanittant, wara li Grech illejla ħareġ lid-deputati nazzjonalisti mill-Kamra tar-Rappreżentanti biex jevita dibattitu mbarazzanti għal Aquilina u għalih bħala s-suppost Kap tal-partit, issa ta r-riħ u l-arja lil Karol Aquilina biex jagħti bidu għall-pjan estremista tiegħu ta’ diżubbidjenza ċivili.
Issa li Grech tilef għal kollox l-awtorita tiegħu bħala l-Kap tal-PN, Karol Aquilina – mgħajjun mill-klikka ta’ estremisti li tappoġġjah u li tinkludi lil ħuħ n Robert, lil Jason Azzopardi, u Beppe Fenech Adami – qed jagħti bidu għall-pjan elaborat tiegħu li jġib lura lil Simon Busuttil biex imexxi lill-PN.