Karol Aquilina sar diviżiv tant fil-PN, li laqgħa twila tal-Grupp Parlamentari PN intemmet bla qbil fuq pożizzjoni jew direzzjoni għad-dibattitu fil-Parlament tal-lejla, u l-unika soluzzjoni ‘fattibbli’ quddiem dan kollu, hu li d-Deputati Nazzjoanlisti se joħorġu ‘l barra mill-Kamra meta jaslu għall-vot.
Il-laqgħa kienet iddominata minn għajjat u argumenti kbar, tant li kien hemm Deputati li staqsew b’leħen għoli jekk Bernard Grech għadux il-Kap tal-Partit, hekk kif baqa’ kompletament sieket u ħalla l-frattarija għaddejja bid-Deputati kwasi jitqatlu bejniethom.
Il-Grupp Parlamentari issa hu maqsum f’mill-anqas erba’ fazzjonijiet, fejn Karol Aquilina qed imexxi lill-estremisti bil-parteċipazzjoni tal-alleat dejjiemi tiegħu Beppe Fenech Adami u l-whip Paula Mifsud Bonnici, filwaqt li Adrian Delia beda jqajjem ftit rixu u jżomm ma’ pożizzjoni li jikkundanna lil Karol flimkien ma’ Alex Borg – li qala’ ħasla mingħand sħabu li għajjruħ ‘il-peċliequ’.
Hemm il-fazzjoni tal-imsejħa moderati ta’ Darren Carabott li għandu miegħu lil Ivan J. Bartolo u lil Carm Mifsud Bonnici, filwaqt li l-Kap Bernard Grech baqa# iżolat bl-uniku alleat ikun il-‘Quizling’ David Agius.
Wara li Bernard Grech ma kienx kapaċi jagħti la direzzjoni u lanqas konklużjoni għall-laqgħa, il-Grupp Parlamentari wasal biex jiddeċiedi li fiċ-ċirkostanzi għalissa ma jivvota ħadd, anżi jridu joħorġu l-barra mill-Kamra meta jslu għall-vot, biex ħadd ma jikxef idu fuq kif jaħsibha fuq Karol Aquilina!