Ma rridx inkun ċajtier iżżejjed, imma f’din iċ-ċirkostanża nemmen li d-Deputat Għawdxi PN Alex Borg, jew qed jagħmel apposta, jew inkella irid jurina bil-provi li hu ġaħan u puppatur tajjeb biss għal fuq Facebook.
Minflok jgħaraf il-gravita’ tas-sitwazzjoni u jkollu l-bajd li jkun ċar fil-messaġġ tiegħu kontra l-ardir u l-imġieba pastaża u arroganti lejn l-iSpeaker minn sieħbu Karol Aquilina, dan Borg jispiċċa jipprova jsib ġustifikazzjoni mal-partitarji – diġa rrabjati fuq miljun ħaġ’ oħra fil-PN, u wisq aktar fuq l-impotenza spettakolari tal-Kap Bernard Grech quddiem din il-pantomima kollha li ħoloq l-istess Aquilina.
Qisu ma kienx biżżejjed għal Alex Borg li jiżżattat u jipprova joħroġ ta’ hero billi l-ewwel qal li ċempel lill-iSpeaker biex jiskuża ruħu għall-imġieba ta’ Aquilina, imbgħad dawwarha li kellmu fuq l-imġieba tad-Deputati taż-żewġ naħat. Imbgħad jgħid li l-iSpeaker beka miegħu fuq it-telefon daqs kemm kien imweġġa, u issa…?
Ma taqtgħux!
Alex Borg illum qabad u ċempel fuq ir-radju NET FM tal-PN waqt il-programm ta’ Dione Borg, fejn ipprova bl-aktar mod strateġikament defiċjenti li jiġġustifika dak li qal dwar it-telefonata mal-iSpeaker.
Ma kenitx telefonata, li l-partitarji nazzjonalisti nfexxew f’dadigħa ta’ tgħajjir u kritika lejh, lkoll b’vuċi waħda jsostnu kemm hu mbeċilli!
Għamlu akkwist bih fil-gżira tat-tlett għoljiet!