Id-Deputat Nazzjonalista Ivan J. Bartolo hu rrappurtat li ġedded l-ultimatum tiegħu biex ikeċċi jew jiddixxplina lil Karol Aquilina, qabel ma jkun tard wisq, u jweġġa lill-pajjiż u lillPN.
Hu mifhum li dan l-ultimatum mġedded wasal għand Grech fis-siegħat li għaddew, iżda din id-darba, Ivan J. Bartolo għandu l-appoġġ ta’ diversi deputati oħrajn li qed iżidu l-pressjoni għal azzjoni immedjata.
Fid-dar Ċentrali hu rrappurtat li qed jirrenja l-kaos, bi Grech jitlob saħansitra lill-aktar nies fdati tiegħu biex iżommu għajnejhom fuq kwalunkwe influwenza li Karol Aquilina jista’ jkollu fuq il-media tal-Partit, għaliex hi arma li kapaċi juża biex ikompli jsaħħaħ il-kontroll tiegħu.
Siegħat biss qabel ma jitlaqqa’ l-Parlament fi ħdan il-Grupp Parlamentari tal-PN hemm qasma ċara u bdew jidhru l-ixquq u l-fazzjonijiet, li huma mistennija jagħmlu showdown imminenti, u kollu minħabba Karol Aquilina u l-klikka ta’ estremisti li jmexxi.