X’se jagħmel il-lejla d-Deputat Nazzjonalista Ivan J. Bratolo?
Se jibla kliemu, jkun ipokrita u ma jivvutax biex jikkundanna lil Karol Aquilina?
Se jattendi l-Parlament?
Se jitkellem? X’se jgħid?
Se jżomm mal-linja deċiża tal-Grupp Parlamentari, jinċensaw lil Aquilina u jitfgħu it-tort fuq l-iSpeaker?
Dawn huma mistoqsijiet leġittimi li Ivan J. Bartolo għandu jwieġeb qabel is-seduta tal-lejla.
Għajnejn l-opinjoni pubblika huma ffukati fuqu, għaliex hu d-Deputat li qed jgħid lil kulħadd li fil-PN sar hemm ambjent tossiku wisq u ma tistax taħdem.
Ivan J. Bartolo, għaliex sal-lum għadu ma kellux il-bajd biex jgħid lil-partitarji li l-klikka estremisti ta’ Karol Aquilina qed jimbuttawh biex jirriżenja mill-Parlament biex b’hekk ikun jista’ jtella’ minfloku mid-9 distrett lil Jason Azzopardi?
Il-partitarji nazzjonalisti huma ddiżappuntati fih.
Kien mingħalihom li kellhom deputat moderat li kien kapaċi jitkellem meta tajjar lil Adrian Delia, u issa qed jibża.
Ivan J. Bartolo, se tkun Malti biżżejjed biex ixxejjen il-periklu Karol Aquilina, u tikzfu ta’ li hu mal-poplu?
Il-mażż f’idejk Ivan J. Bartoilo.