M’hemmx limitu għall-ardir ta’ Karol Aquilina.
Sħabu stess qed ifissruh bħala ‘inkontrollabbli, ma tissapportiħx u b’missjoni totalment distruttivi.’
Huam bosta d-Deputati Nazzjonalisti li qed jirrapurtawlna dettal partikolari minn waħda mil-laqgħat movimentati ħafna tal-grupp parlamentari, fejn Aquilina saħansitra wasal biex jgħidilhom hu jiġi “ala bib ż**** minnkom kollha”.
One News dalgħodu żvela li l-pożizzjoni li mistennija jieħdu d-Deputati PN fil-Parlament illejla, hu li se jbaxxu rashom għall-impożizzjoini tiegħu u flok jivvutaw kontra l-mozzjoni, se joħorġu l-barra mill-Kamra bla ma jirreġistraw il-vot.
Fil-PN huma ħafna, inkluż Bernard Grech li bdew jindunaw li Karol Aquilina sar perikluż sal-punt li bdew jemmnu r-rapporti f’dan il-blog u fuq il-meżżi soċjali, li Aquilina jinsab viċin ħafna li jniedi kolp ta’ stat fid-Dar Ċentrali biex itajjar lil Grech minn bħala l-Kap tal-Partit, u jpoġġi lil Simon Busuttil lura fit-tmun.
Bl-għajnuna ta’ Jason Azzopardi u Manwel Delia, il-pjan hu li jġib lura lil Simon Busuttil fit-tmun tal-PN.
Kemm internament, kif ukoll ma’ kulħadd, Aquilina jirreferi għall-Kap Bernard Grech bħala ‘il-pastiżż” u li “tiegħu ġejja dalwaqt.”
Ħafna qed jirrikonoxxu issa li l-pjan tad-diżubbidjenza ċivili mħejji minn Karol Aquilina bl-għinuna ta’ ħuħ Robert, Jason Azzopardi u Manwel Delia – qed jibda propju minn ġewwa d-Dar Ċentrali.
Il-miċċa ħadet, u l-fjamma riesqa dejjem aktar viċin lejn il-maħżen li hu mimli bil-porvli.