Kemm qegħdin sew fil-Partit Nazzjonalista!
Saru l-esperti ta’ kif l-ovvju jinbidel għas-surreali.
Filwaqt li Karol Aquilina jtella’ ritratti jippoża ma’ Bernard Grech bħallikeiku jinħabbu daqs il-‘Care Bears‘ One News qed jantiċipa u jiżvela b’mod esklussiv il-pjan stupidu u ipokrita tal-Grupp Parlamentari tal-PN għal waqt il-vot li mistenni jittieħed fi tmiem id-dibattitu fuq il-Mozzjoni mressqa mill-Gvern li ssejjaħ għal kundanna tal-mġieba pastaża tal-istess Aquilina kontra l-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia.
AQRA RAPPORT TA’ ONE NEWS HAWNHEKK : https://one.com.mt/esklussiva-nizvelaw-il-pjan-tal-grupp-parlamentari-pn-illejla/
Fi ftit kliem, il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista llejla se juri kemm spiċċa totalment iddominat u kkontrollat minn Karol Aquilina u l–klikka estrema li jmexxi.
Ċedew kollha għat-theddid ta’ Aquilina, li jekk jinżel hu, jniżżel lill-Partitu lilhom miegħu.
Aquilina, li sar l-omnipotenti fil-PN, jonqsu li jikkontrolla biss lill-partitarji, billi jsaħħarhom b’Simon Buttil, li se jġibu lura ferm qabel iż-żmien biex għal darb’ oħra jittanta għal Kastilja.