Mhemmx limiti għall-fares, il-kummiedji u l-ipokreżija tal-Grupp Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista.
Jinsab maqsum f’mill-anqas erba’ fazzjonijiet, u llejla fil-Parlament, waqt id-dibattu fuq il-Mozzjoni tal-Gvern li ssejjaħ għall-kundanna ta’ Karol Aquilina u l-imġieba tiegħu lejn l-iSpeaker, il-Grupp Parlamentari Nazzjonalista se jilbes il-maskra konvenjenti tal-magħqud daqs il-kolla Bostik.
Kulħadd jaf, semgħa u ra b’għajnejh il-farsa tiżviluppa fid-Dar Ċentrali f’dawn l-aħħar jiem, fejn id-Deputati PN fetħu gwerra qalila kontra Karol Aquilin, kif ukoll kontra l-fazzjoni estrema li jmexxi u li ħadet over fid-Dar Ċentrali.
Iżda Aquilina rnexxielu jikkundizzjona lid-Deputati, tant li qed jhedded li jniżżel lil kulħadd miegħu jekk kemm-il darba sħabu d-Deputati joħorġu kontrih u ma jagħtuħx l-appoġġ.
Quddiem dan kollu, il-Kap Bernard Grech jibqa’ impotenti, maqbud bejn il-fazzjonijiet u bla inizjattiva li jieħu l-azzjoni dixxiplinarja li oriġinarjament qal lil sħabu li kien se jieħu.
Abbandunat mid-Deputati tiegħu minħabba u d-djufija tiegħu, Grech issa hu kostrett biex illejla jingħaqad mal-kor ta’ diskorsi li se jsiru mill-Oppożizzjoni, li se jiddefendu lil Aquilina u jdawwru kollox fuq l-iSpeaker u jakkużawh li hu imparzjali.
Se jinsistu li hu l-Gvern li jrid isikket lill-Oppożizzjoni u jagħmlu drama sħiħa u perversa biex imeru l-verita’ magħrufa.
Nistennew il-farsa tiżviluppa llejla fil-Kamra tar-Rappeżentanti, fejn minkejja d-difiża kollettiva lejn Karol Aquilina, dan tal-aħħar għandu l-pjan tiegħu, fejn għandu kollox lest biex ifotti lil sħabu kollha u jurihom min hu: Id-Deputati PN se jiskopru sorpiża fis-siegħat li ġejjin mingħand Aquilina, u se jaħsadhom b’mossa oħra estrema minn tiegħu.
Avviso ai naviganti, Karol Aquilina ġej għalikom, issa min għandu l-bajd fil-PN jipprova jieqaflu.