X’inhu għaddej bejn id-Deputati Nazzjonalisti Eve Borg Bonello u Bernice Bonello?
Kien b’kumbinazzjoni, jew inkella bi strateġija assurda, li Borg Bonello tellgħet dak ir-ritratt infami fuq Facebook fejn ippużat bejn Alex Borg u Karol Aquilina?
Li Borg Bonello hi ħabiba ta’ Alex Borg mhux sigriet, għaliex bħal Alex, Borg Bonello hi fil-klikka ta’ Adrian Delia.
Iżda lanqas m’hu xi sigriet li bejn Alex Borg u Karol Aquilina minn dejjem kien hemm gwerra sħiha għaddejja.
RITRATT: Il-Facebook assurd li tellgħet Eve Borg Bonello b”solidarjeta’ ma# Alex Borg u l-arċi għadu, Karol Aquilina.
Il-kobba tkompli titħabbel aktar meta tiskopri aktar intriċċi biżarri fi ħdan il-PN, bi gwerra oħra din id-darba bejn Eve Borg Bonello u Bernice Bonello, li tiġi bint is-Segretarju Ġenerali l-ġdid tal-PN Charles Bonello.
Nifhmu li Bernice Bonello għandha relazzjoni ma’ ħu Alex Borg, iżda għal xi raġuni jew oħra, mhemmx ħbiberija bejn Eve Borg Bonello u Bernice Bonello.
Kemm ilu li Charles Bonello daħal fil-kariga l-ġdida tiegħu, ħafna Deputati u Kandidati tal-PN diġà faqgħu lill-uffiċċju komunikazzjoni tal-PN b’ilmenti għal dak li fissru bħala ‘trattament privileġġjat’ li qed tirċievi Bernice.
Fil-fatt, waqt il-maratona ġbir ta’ fondi l-bieraħ, Bernice Bonello deheret fl-aktar ħinijiet strateġiċi fix-xandira, u l-paġna facebook tal-PN, Bonello ngħatat prominenza.
RITRATT: Bernice Bonello f’ritratt bi prominenza fuq il-paġna Facebook tal-PN, u li qed jurta lid-Deputati u Kandidati minħabba preferenzi.
Fil-Partit Nazzjonalista ma tixba’ qatt tara stejjer biżarri jiżviluppaw quddiemek, fejn ħbieb u għedewwa jidħlu fl-aktar sitwazzjoni inċestwali li tista’ timmaġina.