L-eks Kap Nazzjonalista Simon Busuttil hu rappurtat li talab lill-Kummissarju tal-Pulizija biex jingħata skorta ta’ Pulizija pajżana, bl-iskop li jgħassu madwaru 24 siegħa kuljum, kull meta jkun f’Malta.
Busuttil – li jibqa’ l-uniku Kap Nazzjonalista li qatt ma’ rebaħ elezzjoni ġenerali – hu mifhum li talab din l-iskorta għaliex qed “jaqbdu miegħu n-nies meta jkun fit-triq”.
Nifhmu li Busuttil kiteb uffiċċjalment lill-Kummissarju l-ġimgħa li għaddiet b’din it-talba.
It-talba għal skorta minn Busuttil qed tkun eżaminata minn kumitat għas-sigurta’ li hu magħmul minn rappreżentanti tal-Korp u rappreżentanti ċivili li jevalwa l-livell ta’ riskju għall-eks Kap Nazzjonalista.
Busuttil intant, jibqa’ l-favorit ta’ Karol Aquilina u l-klikka estrema u militanti tal-PN, li biex jerġa’ jitpoġġa bħala Kap mill-ġdid tal-PN, u jitneħħa Bernard Grech.
F’dawn l-aħħar jiem, Busuttil repa qed ikun fuq quddiem flimkien ma’ Karol Aquilina, ħuħ Robert Aquilina, Jason Azzopardi u Manwel delia u qed jiltaqgħu ma’ diversi istituzzjonijiet Ewropej u oħrajn internazzjonali, jagħmlu presentazzjonijiet dwar l-oppożiżżjoni tagħhom għatr-riforma fil-Liġi dwar l-Inkjesti Maġisterjali.