Tal-Partit Nazzjonalista bir-raġun għejjew jarmaw u jżarmaw l-istudios ta’ Net TV u fl-istess ħin joqgħodu jġennu lill-kumitati biex jiġbru l-flus għall-maratoni tant frekwenti għall-ġbir ta’ fondi.
Kellu jkun l-attivist nazzjonalista Slimiż Herbert Naudi, li waqt il-maratona ġbir ta’ fondi – it– tielet f’temp ta’ ftit ġimgħat – li fisser il-frustrazzjoni tiegħu għal-maratona oħra.
ARA X’QAL HERBERT NAUDI WAQT IL-MARATONA ĠBIR TA’ FONDI PN ILLEJLA
Naudi qal li għandu jkun il-Gvern li għandu jibda joħroġ il-flus għall-partiti kull sena, jew kull ħames snin!
Fi ftit kliem, dan l-attivist irid li jkun il-Gvern li jidħol għad-dejn u l-ispejjeż tal-Partit Nazzjonalista permezz tat-taxxi tagħna!