Il-każ dwar l-isptarijiet – u li fih ġie implikat lill-eks Prim Ministru u Mexxej Laburista Joseph Muscat flimkien ma’ għadd ta’ politiċi prominenti – jinsab ‘imdendel fuq ħajta, u imminenti li jikkrolla’.
Dan rappurtatu bi prominenza l-gazzetta MaltaToday fil-faċċata tal-ħarġa tal-lum, fejn spjegat kif ir-rifjut persistenti tal-espert Jeremy Harbinson li jixhed, qed iwassal biex dan il-każ jispiċċa biex jikkollassa.
Il-każ dwar l-isptarijiet spiċċa fil-Qorti sforż il-kontenut tar-rapport ta’ Jeremy Harbinson bħala parti mill-inkjesta li nfetaħ minn Repubblika u li tmexxa mill-maġistrat Gabriella Vella.
Harbinson tħallas il-miljuni għax-xogħol tiegħu, u qed jirrifjuta ripetutament li jagħti x-xhieda tiegħu biex jissostanza dak li allegatament sab.
Il-każ spiċċa wkoll quddiem il-Qorti mingħajr ma l-Pulizija investigat lill-persuni kollha akkużati, inkluż lill-eks Prim Ministru Joseph Muscat, u kienet l-Avukat Ġenerali li ddeċidiet li toħroġ l-akkużi fuq ir-rakkomandazzjoni tal-Maġistrat Gabriella Vella.
Fil-ġimgħat li għaddew, waqt kull seduta sostna kemm-il darba li fir-rapport tiegħu qatt ma rrakkomanda li jinħarġu akkużi kontra ħadd, u li ma jridx jixhed propju minħabba dan.
Il-jiem u l-ġimgħat li ġejjin se jkunu kruċjali għall-prosekuturi li għandhom jiddeċiedu fuq it-tkomplija tal-każ, hekk kif issa spiċċaw b’darahom mal-ħajt, u qed jaraw il-każ qed jikkollassa.
Dan ifisser li hu imminenti li l-Qorti jkollha tiddeċiedi li tillibera lill-akkużati kollha, u hu propju dan li ma jridux iseħħ – minkejja n-nuqqas ta’ provi u l-indikazzjonijiet kollha li sar frame-up kontra l-politiċi implikati – u għalhekk qed iħejju l-kampanja ta’ diżubbidjenża ċivili biex jgħattu l-umiljazzjoni tagħhom.
AQRA R-RAPPORT TAL-MALTA TODAY HAWNHEKK: https://www.maltatoday.com.mt/news/national/134058/vitals_corruption_case_hangs_on_a_thread_experts_refusal_to_testify_weakens_prosecutions_hand