Huma x-xenati ta’ Karol Aquilina li qajjmu l-qlubija Laburista, li bdiet issabbat saqajha u tirreaġixxi għall-estremiżmu Nazzjonalista.
Bl-attivita’ fin-Naxxar dalgħodu, il-poplu Laburista se jkun qed iwieġeb lil Karol Aquilina, Simon Busuttil, Jason Azzopardi u lil Robert Aquilina, li daqshekk se jkun sieket quddiem il-kampanja moqżieża ta’ diżubbidjenza ċivili tagħhom u kontra kollox li hu Laburista.
Mil-lum, il-poplu Laburista se jkun qed jibgħat messaġġ li se jkun qiegħed qaqoċċa madwar il-mexxejja tiegħu u kull membru tiegħu, kontra l-persekuzzjoni u l-ossessjoni ta’ din il-fazzjoni estrema, li ħatfet lill-PN u hi ntiża biex tħarbat is-serenita’ u l-progress tal-pajjiż.
Mil-lum – u minn-Naxxar – il-poplu Laburista se jkun qed jgħati l-ewwel messaġġ ta’ twissija kontra din il-fazzjoni estrema, u qed jagħti garanzija li t-tsunami ta’ reżistenza se tikber u tkompli tikber fil-jiem u fil-ġimgħat li ġejjin.