Jason Azzopardi laqa’ l-presenza ta’ Simon Busuttil waqt video podcast ta’ Repubblika, b’ferħ u entużjażmu, fejn qallu: ‘ara fejnu! Wiċċek għad-dawl Simon!’
Bejn id-daħq u l-iċċaċċrar bejn Azzopardi u anki Manwel Delia li kien preżenti għax-xandira ‘Repubblika Live’ fuq YouTube, Azzopardi kompla: ‘Dak jistħi ħafna, kellimhom Simon!’
ARA S-SILTA HAWNHEKK
B’din il-kunfidenza, Jason Azzopardi konferma l-pjan li qed jinħema biex Simon Busuttil jerġa jitpoġġa fuq quddiem fil-pubbliku u jerġa’ jirbaħ is-simpatija tan-nies, u jimbuttah flimkien ma’ Karol Aquilina għat-tmexxija tal-PN flok Bernard Grech.
Il-Ħadd filgħaxija Simon Busuttil mistenni jingħaqad ma’ Repubblika għal vġili f’ġieħ Daphne Caruana Galizia fil-Belt.