Id-Deputat Għawdxi Alex Borg, li jiddejjaq tant meta jissehhaħ ‘Mr. Facebook‘ ħaseb li l-poplu Mlati hu ċuċ, u joħroġ b’dikjarazzjonijiet stupidi li hu stes jaf li m’humiex veri.
F’intervista ma’ Lovin Malta, ħareġ juri kemm hu bla bajd u ma jaqbadx u jikkundanna l-aġir pastaż u arroganti ta’ Karol Aquilina lejn l-iSpeaker, u jgħid li l-attakki saru minn-naħa tal-bankijiet tal-Gvern lejn il-President tal-Kamra.
Filwaqt li qal li l-għada tax-xena ta’ Karol Aquilina lejn l-iSpeaker, fejn saħansitra qam bil-wiefqa u qallu ‘aħna niddubitaw kemm taf taħseb’ għal darbtejn, spjega li Anglu Farrugia kien tant mwegga, li beka miegħu fuq it-telefon.
Fid-dawl ta’ dan kollu, u l-mod kif pubblikament m’għandux il-bajd jikkundanna lil Karol Aquilina, għandu għallinqas issa jkollu l-bajd u jivvota favur il-mozzjoni mressqa mill-Gvern, li ssejjaħ għall-kundanna tal-aġir tal-Membri tal-Oppożiżżjoni.