Id-Deputat Nazzjonalista ‘touchy’ Alex Borg, ħareġ jattakka lil sieħbi Nebville Gafa għaliex staqsih żewġ mistoqsijiet importanti, li s’issa għadu ma weġibx.
Għal Alex ‘touchy’ Borg, hu skandaluż li wieħed jistaqsi l-mistoqsija jekk hux veru jew le, li ommu – fil-kariga bħala Direttur Ġenerali fil-Qorti ta’ Għawdex – tarax jew le lill-kostitwenti tiegħu fl-uffiċċju tagħha, fil-bini tal-Qorti t’Għawdex stess.
Għal Alex Borg, il-mistoqsija m’hix f’lokha!
Ara li kieku kien xi Deputat Laburista li jkollu xi rapport li ommu qed tara l-kostitwenti tiegħu fl-uffiċċji tas-serviżż pubbliku x’kienu jagħmlu kemm hu u sħabu tal-PN jew ta’ Repubblika!
Inasomma Alex Borg jrid jilgħabha tal-vittma!
Jekk inhu daqstant sensittiv għall-affarijiet personali u tal-familja, nistaqsih fejn kien meta sħabu ma ddejqux jidhku u jiċċaċċraw, meta sistematikament u bl-aktar mod krudili kienu ppubblikati chats privati tad-Deputata Laburista Rosianne Cutajar?
Fejn kien Alex Borg, meta sieħbu Jason Azzopardi u anki Karol Aquilina kienu qed jagħmlu l-ħajja nfern għall-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri u martu, bil-ftuħ ta’ tlett inkjesti lejliet l-Ewwel tas-sena?
Eh, għażiż Alex Borg! Meta s-sħana tal-kċina ddur fuqek jew fuqkom tibdew tibku u tirrikorru għat-theddid legali. Konvenjenti l-biċċa.
Imma nsomma, filwaqt li nħallik thewden fuq kif se twieġeb lil sieħbi Neville Gafa, issa jien għandi xi mistoqsijiet għġalik.
Nhar it-Tnejn li ġej, x’se tagħmel fil-Parlament ħabib?
Qed nistaqsik għaliex kont int stess li fil-podcast ma’ Ricky Caruana għedt li stħajt mix-xena li saret fil-Parlament minn sieħbek Karol Aquilina, tant li l-għada ċempilt lill-iSpeaker biex tiżkuża ruħek għalih.
Għedt ukoll li ħassejt għall-iSpeaker u li beka miegħek, tant kien imweġġa’ bl-attakk li ġarrab.
Allura, issa nhar it-Tnejn li ġej, kif se tivvota meta l-Kamra tar-Rappreżentanti tiddiskuti l-kundanna tal-aġir ta’ sieħbek Karol?
Il-poplu Mlati kollu, b’mod partikolari l-partitarji Nazzjonalisti jixtiequ li tkun onest u li tkun raġel biżżejjed biex tiddikjara l-pożizzjoni ċara tiegħek minn issa!