Il-fazzjoni estrema u militanti tal-PN bdiet tħabbat wiċċha wkoll ma’ front ieħor ta’ oppożizzjoni minbarra s-sorpriża tat-32 ‘Blue Heroes’ il-ġodda.
L-assalt il-ġdid din id-darba ġie mill-partitarji nazzjonalisti li llum wara nofsinhar nfexxew isemmgħu leħinhom kontra l-ħatra ta’ Charles Bonello bħala s-Segetarju Ġenerali l-ġdid tal-PaN.
Numru ta’ partitarji semmgħu leħinhom b’telefonati waqt il-programm ta’ Dione Borg fejn lissnu d-disapprovazzjoni tagħhom għġall-manuvri li wasslu biex Bonello sab postu bħala Segretarju Ġenerali l-ġdid.
Kwasi s-semmiegħa kollha kkritikaw l-għażla ta’ Charles Bonello fejn dawn il-partitarji qajjmu mill-ġdid il-weġgħat tagħhom ta’ meta ma nqdewx fi żmien GonziPN u Charles Bonello kien is-segretarju privat ta’ Lawrence Gonzi f’Kastilja.
Waqt il-programm kien hemm min saħansitra esprima d-diżappunt tiegħu għal mod kif qed isiru l-affarijiet fil-PN, u esprima x-xewqa li dawn il-manuvri jinqatgħu, għaliex b’hekk il-partit qatt m’hu se jirbaħ l-Elezzjoni Ġenerali,