Partit Nazzjonalista estremista sfaċċat u kattiv.
Biex imeri aħbar ta’ One News dwar kif mar il-vot fi ħdan l-Eżekuttiv tal-PN li tlaqqa’ l-bieraħ filgħaxija biex jeleġi lil Charles Bonello bħala Segretarju Ġenerali, spiċċaw biex beżqu lid-Deputat Ivan J. Bartolo, li ma attendiex għall-vot.
Dan ipoġġi lil Ivan J. Bartolo bħala wieħed mit-32 Blue Heroes ġodda, li fetħu front dirett kontra l-fazzjoni militanti u estremista tal-PN mmexxi minn Karol Aquilina.
L-istorja ta’ Net News li ssemmi deliberatament lil Ivan J. Bartolo bħala Membru Parlamentari li ma attendiex għal vot, titqies bħala l-ewwel mossa tal-fazzjoni estremista biex tixkupa l-barra lill-oppożituri.
Bartolo, diġa ddikjara li xeba’ fil-PN u mill-imġieba ta’ Karol Aquilina fi ħdan il-PN u fil-Parlament.
Ir-riżenja tiegħu hi imminenti, u fazzjoni ta’ Aquilina qed timbotta biex jagħmel dan malajr kemm jista’ jkun biex ikunu jistgħu jissaħħu u jtellgħu lil Jason Azzopardi fil-Parlament minfloku.
Il-ħasda tal-vot tal-bieraħ filgħaxija bi blokk ta’ 40% jopponu l-għażla tal-estremisti li jpoġġu lil Chartles Bonello Segretarju Ġenerali, wasslet biex ittieħdet deċizjoni biex ikunu identifikati u xkupati dawk kollha li ma jridux joqgħodu għall-ordnijiet tal-estremisti, u l-pjan tagħhom ta’ diżubbidjenza ċivili fil-pajjiż, bl-għinuna ta’ Repubblika.