Ryan Borg wissa – permezz ta’ nota fuq il-paġna Facebook tiegħu – li se jkun qed ifittex rimedji legali għal dak li qed jingħad fuqu, wara li xxandru recordings b’leħnu fuq Net News.
Borg, li tkeċċa minn Chief of Staff tal-Ministru Clifton Grima fl-2021, jinstema jikkummenta kontra l-kapażitajiet tal-Ministru u tal-istaff tiegħu, filwaqt li feġġew recordings oħra li Net News qed jgħid li se jxandar.
Borg qed jgħid li qed jikkonsulta mal-avukati tiegħu għal rimedji legali, madankollu, anki hawnhekk diġa lestejna t-tweġiba għal din l-eventwalita, li tinkludi lista twila ħafna ta’ xhieda, lkoll lesti jgħidu min hu Ryan Borg.
Il-lista hi tassew twila, u jinkludu kollegi preżenti u eks kollegi fuq ix-xogħol ta’ Ryan Borg, lkoll lesti jirrakkontaw kollox u jikxfu l-karattru veru ta’ Ryan Borg.
Filwaqt li Net News qed ikomplu jittantaw bir-recordings tiegħu, se nagħmlilhom pjaċir u niżvela kollox li għandhom f’idejhom Net News.
Għall-benefiċċju tat-trasparenza, dawn huma r-recordings b’leħen Ryan Borg li waslu għandi minn-newsroom tad-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista.
Ir-recordings ma sarux fiċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, iżda kienu whatsapp voice messages mingħuta minn Ryan Borg nnifsu lil terża persuna.