Nhar il-Ħadd li ġej, lkoll msejħa tinġabru fil-Pjazza tam-Naxxar biex tingħata risposta ċara u qawwija quddiem il-ħdura sfaċċata ta’ Karol Aquilina u tal-klikka ta’ militanti estremisti fil-PN, kontra l-Prim Ministru Robert Abela, kif ukoll kontra l-eks Prim Minsitru u Mexxej Laburista Joseph Muscat.
Is-sejħa hi importanti, quddiem sitwazzjoni fejn Karol Aquilina u sħabu, fosthom ħuħ Robert Aquilina ta’ Repubblika, Jason Azzopardi u l-klikka kollha ta’ estremisti militanti, qed iħarrxu l-ġlieda tagħhom kontra dak kollu li hu Laburist.
Is-sejħa hi ntiża biex nisimgħu diskors mill-Mexxej Robert Abela, kif ukoll għandha tkun turija ta’ appoġġ gġal Joseph Muscat, Chris Fearne, Edward Scicluna, Konrad Mizzi u oħrajn, li qed jitħallew b’kapriċċ fil-Qorti biex jiffaċċjaw għadd ta’ akkużi fażulli.
Issa li l-każ kontra Muscat u l-oħrajn jinsab viċin li jikkrolla hekk kif baqa’ jirrifjuta li jixhed u jissostanza r-rapport tiegħu l-espert Jeremy Harbinson, Karol Aquilina u sħabu qed jinfexxew f’dillirju ta’ attakki kontra kollox li hu Laburist u mexjin lejn kampanja ta’ tixwix għal diżibbidjenza ċivili.
Nhar il-Ħadd li ġej, hemm il-ħtieġa li din il-forża tal-ħażen mmexxija minn Karol Aquilina tkun imfakkra li l-Partit Laburista hu l-partit fil-Gvern, b’maġġoranza rekord.
Hemm il-ħtieġa li l-poplu Laburista joħroġ u jesprimi – bil-presenza tiegħu – li l-Partit Laburista mhux se jippermetti lill=ħadd jipperikola jew jiddestabilizza l-pajjiż, jew li jipperikola x-xogħol tal-ħaddiema, u tan-negożji u lis-serenita’ tal-familji.
Dan għaliex jidher li m’hemmx limitu għall-ħdura ta’ Karol Aquilina u sħabu.
Jridu jsallbu u jitfgħu il-ħabs lil ħutna Laburisti, għaliex hekk jidhrilhom.
Nhar il-Ħadd, niltaqgħu fil-Pjazza tan-Naxxar fl-10:30am!