Kemm frattarija ta’ Net News fuq il-famużi recordings ta’ Ryan Borg!
Fuq kollox, dawn ir-recordings, jikkonfermaw kemm kellu raġun il-Ministru Clifton Grima, biex fl-2021 keċċih minn Chief of Staff tiegħu. Għaliex b’nies bħal dawn, żleali u egoċentriċi, ma tridhomx ma’ saqjak.
Issa jekk għan-Net News, Ryan Borg hu ‘tajjeb’ jistgħu jżommuh, fuq kollox il-pakkett qed ikun irritornat minn fejn ġie!
Net News, dawn mhux recordings kif qed tgħidu miċ-Ċentru Nazzjonali Laburista, għax imbarażż hekk ma jidħolx, u lanqas ikun permess diskors hekk. Dawk huma voice messages mibgħuta minn Ryan Borg innifsu!
Għedtu li se toħorġu aktar recordings? Tħabblu raskom xejn, se noħroġhom jien, biex kulħadd jara xi jsarraf dan Ryan Borg, li għandu jibda jfittex jipprepara l-ittra ta’ riżenja tiegħu minn bħala Kunsillier tal-Partit Laburista, u anki bħala membru tal-Partit.
Nies bħal dawn, jitqiesu bħala ‘sriep’ għedtha lil Evarist Bartolo aktar kmieni din il-ġimgħa u mhux se niffranka kliem għal Borg lanqas.
Għall-attenzjoni ta’ kulħadd. isimgħu kemm hu bravu Ryan Borg, u kemm ħadd m’għandu jafdah, u agħar li jagħtih xi pulżier poter
Fil-clip tistgħu tisimgħu lil Ryan Borg jippontifika kemm jifhem fiż-żarbun tal-Prim Ministru fl-għażla tiegħu tal-Ministri tal-Kabinett.
Imaqdar kollox għax hu jifhem, u kien qed jistenna li jinbidel il-Ministru biex ikun jista’ jagħmel li jrid fi ħdan l-Awtorita.
Ryan Borg hu karattru, li wara li tkeċċa mis-Segretarjat tal-Ministru Grima, l-istess Ministru kien raġel biżżejjed biex jagħtih impjieg, u xorta hemmhekk spiċċa kien greedy.
Borg ried jibni ‘imperu’ għalih hemmhekk, billi ried isir Kap Eżekuttiv, Chief Operations Officer, u li jikkmanda kollox hu.
Ryan Borg kien diġa’ għamel il-ħajja nfern għal żewg eks Kapijiet Eżekuttibi Luciano Busuttil u Jean Claude Micallef, u dan kolu, biex jilħaq hu.
Ma’ nies impossibbli li jitratta lill-istaff bla rispett, tant li kien wassal għal riżenji u tfittxija għal impjiegi alternattivi minn mal-Awtorita’ għall-Intergrita’ fl-Isport Malti.
Għax Ryan hekk. Iħobb lilu nnifsu u jemmen li hu indispensabbli. Jekk ma tgħaddix tiegħu, ikisser u jħarbat.