Meta tkun qed tara dak li fadal mill-integrita’ tiegħek titfarrak b’għemilek stess, tasal biex tipprova tiġbor il-biċċiet.
Hekk qed jagħmel Ryan Borg dalgħodu, wara l-pubblikazzjoni tal-artikli tiegħi, fl-isfond tar-recordings li xxandru b’leħnu fuq Net News.
Ryan Borg, li tkeċċa fl-2021 mill-Ministru Clifton Grima mill-kariga ta’ Chief of Staff tiegħu, dalgħodu ċempel lill-Avukat Jason Grima biex iweġibni.
Jisher li Ryan Borg ħadha bi kbira li qed nitkellem fuq l-‘integrita’ ineżistenti tiegħu, u jrid jibgħatli risposta bl-Avukat.
Ryan Borg dalgħodu ma weġibx għat-telefonata tiegħi, u lanqas ma wieġeb għall-mistoqsijiet tiegħi duq affarijiet sensittivi, li ma rrakkontax dwaru fir-recordings li xxandru fuq Net NEWS.
Dan hu l-wiċċ l-ieħor ta’ Ryan Borg, li jipprova jirbaħ dejjem hu.
Mhux miegħi iżda.
Missejt lil ħuti l-Laburisti, ippruvajt tkissirhom. Se ssibni bastjun niddefendihom Ryan!