Għad irrid insib Avukat, attivist, Nazzjonalist giddieb u li jibni ħrejjef daqs Jason Azzopardi!
Ma nafx kif ma jitħajjarx jibda jikteb scripts għall-films, għaliex il-fantażija tiegħu hi kkulurita, pronta u fuq kollox tifħol bħal ingwanta mal-istorja tal-ġurnata.
Eżempju ċar hi s-serqa tal-kannabis mill-barracks tal-AFM f’Ħal Safi.
Jason, kien fost l-ewwel minn dawk li ħarġu b’isteriżmu iħabbtu fuq sidirhom, u jgħajjtu ‘skandlu’.
Għal min min jiftakar, il-post li Jason Azzopardi kien tella’ fuq Facebook – qisu kellu xi informazzjoni kbira, tant li kkwotawh anki l-gazzetti – qal li l-Pulizija ġabret il-filmati mill-kameras tas-sigurta mir-residenzi fil-viċin, u li kien hemm ‘Skoda’ bajda li kienet mal-fence, u ‘tidher’ tinstaq lejn Ħal Safi u saż-Żurrieq u baqgħet sejra.
Fast forward għax-xhieda tal-investigaturi: Ma kien hemm qatt karozza tat-tip Skoda. Ma kien hemm qatt karozza bajda!
Jason, nemmen li anki kriminal hu aktar intelliġenti minnek, għġaliex min hu moħħu f’postu ma jmurx jisraq f’nofs ta’ lejl b’karozza ta’ kulur abjad li tinqabad minn kullimkien, u ma tisraqx aktar minn 100 kilo droga u tgħabbiha ġo Skoda!
Ma titgħallem qatt!