Wara dak il-wiċċ anġeliku, hemm naħa ta’ Alex Borg pjuttost ‘macho’ li iżda, jittrasforma fis-soltu beżżiegħ meta tiġi biex tissikkah u jissostanzja xi jkun qed jgħid.
Meta jrid, jaf jobżoqhom lil Jason Azzopardi u lil Robert Aquilina, iżda malajr jurik wiċċ b’ieħor biex – ovvjament – isalva ġildu.
Fuq il-Podcast ta’ Ricky Caruana, id-Deputat Nazzjonalista Għawdxi kien mistoqsi fuq Jason u Robert.
‘Jason mhux fil-PN, u qal li ma jridx ikun fil-PN’ sostna Alex Borg, filwaqt li żied li Robert Aquilina, jmexxi NGO u mhux il-PN.
Hawnhekk, Alex Borg, fajjar statement fejn jobżoqhom: ‘Hi l-media tal-Partit Laburista, li tgħid li huma parti mill-PN. M’humiex. Il-PN għandu l-aġenda tiegħu!’
Nassigurakom li għal min jaf jaqra l-messaġġ ta’ Alex Borg, hu wieħed li jrid jarmi lil Jason u lil Robert, iżda fl-istess ħin, irid jipproteġi lilu nnifsu mill-eventwalita’ ta’ attakk fil-konfront tiegħu, bħalma ġarrab sieħbu Adrian Delia.
‘L-NGO’s jagħmlu xogħol tajjeb ħafna. Huma importanti għad-demokrazija’, jkompli Alex Borg, biex itaffi mill-istatement inżzjali tiegħu, li kemm Jason Azzopardi, kif ukoll Robert Aquilina, ‘m’humiex parti mill-PN’.
Sieħbu Delia kellu aktar bajd minnu, li beżaq lil Azzopardi b’mod fċar ħafna, meta sostna fuq Xarabank: ‘Jason Azzopardi hu bniedem giddieb, iħobb jiffabbrika l-affarijiet. Allaħares il-PN hu Jason Azzopardi!’.
Alex, tal-establishment xorta ħadu nota ta’ li għedt u fehmu x’ridt tgħidilhom, ċar u tond.
X’taħsbu? Jaħfrulu?