Jason Azzopardi issa dawwar il-kanuni kontra l-Maġistrat li ċaħditlu talba għal injesta, tany li kellu l-ardir jimplika kwasi, kwasi li hi kompliċi !
F’appell li ressaq fuq wieħed mit-tliet digrieti li ċaħdu t-talba tiegħu biex jixħet nies f’Inkjesta Maġisterjali, Jason Azzopardi fetaħ attakk frontali kontra l-Maġistrat Brigitte Sultana, li ma laqgħetlux it-talbiet.
Dan billi implika li din kienet saħansitra kompliċi mal-Gvern fi twettiq ta’ reat.
Jason Azzopardi kompla żied id-doza tal-attakk isteriku tiegħu, billi implika membru ieħor tal-Ġudikatura, Maġistrata oħra li skont hu kitbet id-digriet hi minflok il-Maġistrat tal-għassa.
Wasal sal-punt, li jitlob dik li fi kliemu għandha tkun “investigazzjoni fuq diversi livelli” fil-konfront ta’ dawn iż-żewġ Maġistrati.
Dan l-atteġġjament isteriku ta’ Jason Azzopardi jirrifletti l-kummenti pubbliċi espressi mill-President Onorarju tal-Għaqda Republika, Robert Aquilina, fejn fl-aħħar jiem allega li l-Qrati mhux qed jagħmlu xogħolhom għax mhux idoqqu d-diska tagħhom.
Fi tliet deċiżjonijiet li ħarġet it-Tnejn li għadda, il-Maġistrat Dr Brigitte Sultana qalet li ma tressqitx evidenza minn Jason Azzopardi li fi żmien il-Milied beda jitlob l-inkjesti biex jixħet ufficjali pubblici u Ministri Laburisti l-ħabs.
It-tliet talbiet għal inkjesti fuq il-Ministru Camilleri kienu fuq allegat racket ta’ irmiġġi fil-Port tal-Imġarr, ix-xogħlijiet fil-pixxina ta’ Għawdex u xogħlijiet infrastrutturali fi triq in-Nadur.
Dwar dawn l-allegazzjonijiet, il-Qorti sabet li ma kienx hemm bażi biex tinfetaħ inkjesta u sostniet b’mod ċar li l-Avukat tal-għaqda Repubblika Jason Azzopardi naqas milli jindika anke traċċi jew ħjiel ta’ suppost evidenza biex jipprova l-akkużi li issa ġew dikjarati mill-Qorti li huma bla bażi.