Qed jinqala’ l-paniku fost l-establishment estremista u militanti tal-PN u Repubblika, u Arnold Cassola – li kuljum qed jutri sinjali ċari li hu għatxan għal koalizzjoni biex mingħalih jirbaħ siġġu fil-Parlament =- illejla appella lil Jeremy Harbinson biex jagħraf li hu imminenti li jikkollassa l-każ kollu.
Cassola saħansitra poġġa r-responsabbilta’ tal-każ fuq spallejn Harbinson u rrakkomanda li għandu jinħareġ ‘mandat għall-protezzjoni internazzjonali’ għal Harbinson, u jinġieb Malta u jixhed mingħajtr ‘biża’.
Intant, għaddejjin manuvri, telefonati u kuntatti bejn diversi esponenti ta’ Repubblika, inkluż Karol Aquilina u ħuħ Robert, li qed jipprovaw isibu soluzzjoni għall-problema Harbinson.
Nifhmu li f’dan ir-rigward qed ikunu esplorati metodi ta’ kif jista’ jitwassal messaġġ lill-Qorti biex il-każ jitwal u ma tingħatax id-deċiżjoni biex ikunu liberati l-akkużati.