Hemm Deputat Nazzjonalistra ieħor li jeħtieġ jiddikjara jekk jaqbilx jew jikkundanna l-istqarrija maħruġa mill-Grupp Parlamentari Nazzjonalista kontra l-integrita’ tal-iSpeaker Anġlu Farrugia.
Dan hu Alex Borg ta’ Għawdex, li f’rimarka waqt il-podcast ta’ Ricky Caruana, fajjar sajjetta dil-bnażżi fejn qal li l-għada tal-attakk u l-isfida frontali ta’ Karol Aquilina fuq l-iSpeaker il-ġimgħa li għaddiet, qabad u ċempel lill-istess Speaker l-għada fejn talbu apoloġija f’isem sħabu.
Borg żied li l-iSpeaker tant kien mweġġa, li saħansitra beka miegħu.
Fid-dawl ta’ dan li ntqal, Alex Borg għandu l-bajd jitkellem u jiddikjara bla tlaqlieq, kundanna lil Karol Aquilina, u jiddikara jekk jaqbilx jew le mal-attakk il-ġid permezz ta’ stqarrija maħruġa mill-Grupp Parlamentari kontra l-integrita’ tal-iSpeaker.
Alex Borg, hu lest li jkun sod bizzejjed biex jitkellem u jikkundanna lil Karol Aquilina?
Jista’ jgħid jekk attendiex għal din il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari?
Il-poplu jeżiġi riusposta. In-Nazzjonalisti jeżiġu risposti ċari ħafna.