Assolutament inaċċettabbli!
Dan Jeremy Harbinson issa qabeż kull linja tad-diċenża. Sal-lum stess, Dan Harbinson baqa’ jinsisti li ma jridx jiġi Malta, jew li għallinqas jagħti xi forma ta’ xhieda biex jissostanzja r-rapport tiegħu fl-Inkjesta tal-Magistrat Gabriella Vella fuq l-Isptarijiet.
Nistgħaġeb kif minkejja dawk il-miljuni kollha li tħallas, ir-rifjut ripetut tiegħu li jixhed, u l-proposta assurda biex ikun aġevolat b’ittri rogatorji (mill-Qorti ta’ Malta) humiex biżżejjed biex jiftħu għajnejn il-poplu!
Nixtieq kont jien li nissejjah nixhed u ma nidhirx u nara xi jsir minni? Jew int ma tattendix jew tobdi ordni tal-Qorti x’jagħmlulek.
Wasal iż-żmien li quddiem dan l-aġir skandaluż, il-Qorti trid tiddeċiedi, jew tordna l-arrest ta’ Jeremy Harbinson, tiffriżawlu l-assi, u lliberaw lill-akkużati mill-akkużi fażulli.
Illum nista ngġid biċ-ċar li dan kollu jammonta għall-akbar prova li din l-Inkjesta mhux biss hi fażulla, iżda daħħlet lill-Qoirti kompliċi fl-akbar frame-up immaġinabbli.
L-uniku skop ta’ din l-inkjesta kienet biex tara lil Joseph Muscat, Chris Fearne, Edward Scicluna, Konrad Mizzi, Kieth Schembri, Uffiċċjali għola taċ-Ċivil, persuni terzi u negozji leġittimi kollha fuq il-bankijiet tal-akkużati.
Din l-istorja għadha kjif ħarrxet ir-reżistenza tal-poplu Malti kontra l-establishment estrema u militanti f’pajjiżna!
Wasal iż-żmien għal impeachment tal-Maġistrat Inkwirenti?