Titqies bħala tabella unika fid-dinja, u warajha hemm storja kbira ta’korrużżjoni, intriċċi u manuvrar, li ġġib il-firma ta’ eks uffiċċjal għoli ħafna fil-Partit Nazzjonalista.
Din it-tabella kienet il-kundizzjoni ‘esklussiva’ li ppermettiet il-ħruġ kontroversjali ta’ permess għall-iżvilupp ta’ supermarket f’Ħal Luqa, minkejja li l-Awtorita’ tal-Ippjanar ta’ żmien GonziPN, kellha rakkomandazzjonijiet iebsin ħafna biex ma jinħariġx, partikolarment mid-Dipartiment tal-Avjazzjoni Ċivili u mill-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta.
L-istorja wara l-ħruġ ta’ dan il-permess skandaluż, u l-bini eventwali ta’ dan is-supermarket hi mifnija b’intriċċi, manuvri u korruzzjoni.
Anki l-akkwist tal-art in kwistjoni hu skandaluż u kif koppja anzjana, li kienu s-sidien oriġinali tal-art, u minflok riedu jibnu żewġ serer għall-għelieqi tagħhom, spiċċaw kellhom iċedu l-art tagħhom bir-ribass, wara li qatgħu qalbhom milli jibnu s-serer, għaliex il-Planning Authority ta’ GonziPN, ċaħduhielhom għal 10 snin sħaħ.
Dawn l-anżjani spiċċaw mietu b’idhom f’idhom.
Ftit xhur wara li l-art kienet ċeduta mill-anżjani, saret applikazzjoni għall-iżvilupp tas-supermarket, fejn minkejja l-istess oġġezzjonijiet iebsa mill-Avjazzjoni Ċivili u mill-MIA, spiċċa xorta biex nħareġ dan il-permess bil-kundizzjoni ‘esklussiva’ li titwaħħal tabella partikolari.
Is-supermarket inbena propju fejn jibda propju r-runway tal-ajruport. Jiġifieri fejnjinħlu l-ajruplani!
X’tghid it-tabella?
‘ldħol f’dan il-post għar-riskju tiegħek. Hawnhekk jinżlu l-ajruplani!’
‘Hawnhekk qed tkun espost għal riskji kbar għas-sigurta’ tiegħek, speċjalment fl-eventwalita’ jekk jiġġarraf ajruplan!‘
Dak standard ta’ etika u rispett lejn is-saħħa u s-sigurta’ tal-pubbliku!
X’jimpurtahom, l-aqwa li l-Awtorita’ tal-Ippjanar ta’ GonziPN ħaslet idejha (mingħaliha) mir-responsabbilta’ f’każ ta’ xi traġedja!
X’jimpurtahom? L-aqwa li għaddew l-interessi ta’ dan l-eks uffiċċjal għoli ħafna tal-Partit Nazzjonalista.
Hemm ħafna aktar ta’ f’din l-istorja, fosthom l-iżvelar tal-ismijiet, fosthom min hu dan l-eks uffiċċjal tal-PN, min hu l-kuntrattur umin hu l-iżviluppatur?
Dalwaqt, għax ħaqq għax-xjafek, hemm rabta kurjuża mal-bini tat-twaqqiegħ u l-bini tad-Dar Ċentrali f’Tal-Pieta!
X’kumbinazzjoni!