Dan Arnold Cassola jrid jitnejjek bina l-Maltin u l-Għawdxin kollha.
Jippontifika kontra l-Labour, iwaqqaf partit ġdid (il-miljun wieħed) jieħu sehem f’dimostrazjonijiet kontra l-Gvern, u jipproġetta lilu nnifsu bħala l-alternattiva ġusta għal Malta ġusta!
Ehe, Cassola?
L-ewwelnett, b’liema dritt tiġi tgħidilna li int Malti, jew li int għandek għal qalbek lil Malta, meta fl-ewwel okkażjoni li sibt, mort ħtaft siġġu fil-Parlament Nazzjonali Taljan f’Ruma u servejt bħala Deputat tal-‘Verdi’ f’Montecitorio f’Ruma?
Hemmhekk rajt biss l-interessi tat-Taljani, mhux tal-Maltin!
Imma Cassola kien żvinturat, u l-Leġiżlatura tal-Gvern ta’ Romano Prodi fl-2006 kien waqa’ wara biss sentejn u Cassola spiċċa bla siġġu, u bla kostitwenza, għaliex kien elett minn fuq lista stramba ‘italiani all’ estero (Taljani li jgħixu barra).
Allura kif dan f’daqqa’ waħda reġa dar għal siġġu f’Malta?
Imma żomm! Hemm aktar.
Tant ma kienx jinteressah mill-Maltin, li minn Ruma, Cassola għadda biex sab post fi Brussels bħala s-Segretarju Ġenerali tal-Ħodor Ewropej, fejn ma kellux ċans ikun is-seqer bħala ‘citizen’s watch’! u jdejjaq in-nies bil-posts ridikoli tiegħu fuq Facebook.
Imma Brussels iddejjaq, u reġa’ ħolom b’Malta, fejn kompliet l-ossessjoni tiegħu għal siġġu.
Litteralment ossessjoni,għax żamm il=leblieba għal siġġu, li jkun fejn ikun!
Ried wieħed fl-universita? Ħadu bħala lettur. (Bilħaqq ma nafx għadux imniżżel bħala lettur, jekk għandux paga minn hemhekk ujekk jidħolx għax-xoghol).
Immali hu żgur hu li għal dawn l-aħħar 30 sena, Cassola fittex siġġu kullimkien.
L-Italja ħadu. Iżda fittex u baqa’ jfittex siġġijiet bl-addoċċ. Inkluż tal-Kunsilli Lokali!
Ipprova ripetutament għall-Parlament Malti u dak Ewropew.
Ħbieb, jekk għandkom xi siġġijiet għar-rimi, ċemplu lil Cassola, għax xi ħaġa jaħtaf żgur!
Skużani Arnold, imma se nkellmek bil-lingwa tiegħek.
Sei italiano, l’hai detto propio tu! Ti vedo ovunque nei salotti italiani. Tornati a casa. Fatti un bel cappuccino, trovati un senso alla tua vita, magari un paese che ti ospita, ti da’ rifugio, ma faċċi una bella cortesia, e vaffanculo!