Erba’ ġimgħat ifissru xahar, u għaġeb tal-għeġubijiet il-gazzetta ‘The Times’ għadha ma ndunatx, jew irrappurtat xejn dwar l-investigazzjoni tal-Pulizija fil-konfront tal-Kap Nazzjonalista Bernard Grech, kif ukoll fil-konfront tal-operat tal-Partit Nazzjonalista.
X’inhi din ir-reżistenza tat-Times milli taqdi r-irwol tagħha li sservi lill-qarrejja tagħha, u tinfurmahom dwar din l-investigazzjoni serja fuq il-partit li qed jaspira li jkun il-Gvern alternattiv?
Nifhem il-filosofija ta’ wħud li jekk ma tidhirx fit-Times, allura l-ħaġa ma teżistix u ma qatt ma eżistiet.
Iżda nistaqsi: Dan hu sew?
Il-fatt li jkollok l-akbar partit fl-Oppożizzjoni li jammetti pubblikament li wettaq misappropjazzjoni kriminali fil-konfront tal-ħaddiema tiegħu stess, billi dawwar bi profit għaliħ il-kontribuzzjonijiet għall-pensjoni tal-ħaddiema tiegħu, mhix aħbar importanti?
The Times titkellem kontra kollox li hu Labour, u tinvestiga tant stejjer ta’ korruzzjoni, possibbli li l-każ dwar min ħallas il-kont tat-taxxa tal-Kap tal-Oppożizzjoni mhix importanti? Dan mhux att serju ta’ korruzzjoni?
Ejjew nkunu serji Sinjuri ta!
Għall-grazzja t’Alla ma jisimnix Jason Azzopardi li nikseb headline fit-Times b’kapriċċ ta’ sempliċi post fuq Facebook, imma skużawni ta: Aħjar inkun Laburist milli serv ta’ agenda ipokrita.
Il-ġurnata t-tajba!