Partitarji Nazzjonalisti li jappoġġjaw lill-eks Kap Adrian Delia, dalgħodu spiċċaw biex pattewha lil Ivan J. Bartolo fuq il-mezzi soċjali, b’kummenti dispreġġjattivi fil-konfront tiegħu wara li ħabbar li se jitlaq mill-PN.
Fost dawn hemm ċertu Ġorġ Mallia, xufier ma’ Adrian Delia li akkuża lil Bartolo bħala dak li ‘ħexa lill-PN’.
Ivan J. Bartolo niftakru kien fost il-promoturi li wasslu għat-tneħħija ta’ Adrian Delia minn Kap u li wassal għal vot ta’ sfiduċja kontrih mill-Eżekuttiv, l-Amministrattiv u l-Kunsill Ġenerali PN kien wassal biex tissejjaħ elezzjoni interna għal Kap ġdid, u tela’ Bernard Grech.
Insaomma, mill-ewforija tal-bieraħ wara l-protesta fil-Belt fejn il-PN mingħalih li rebaħ l-elezzjoni, għal dalgħodu, fejn inbidel kolox f’temp ta’ siegħat u spiċċaw inħarġu l-iskieken għal xulxin.
Never a dull moment fil-PN.