Xi ġralu l-Ispettur Sean Friggieri dalgħodu?
Friggieri, mit-Taqsima għar-Reati Ekonomiċi tal-Pulizija (FCID) , li f’idejh għandu numru ta’ każi li – b’kumbinazzjoni – joħorġu minn kitbiet jew denunżji ta’ Jason Azzopardi, dalgħodu ma tfaċċax fl-Awla fejn kellha titkompla l-kawża kontra l-eks Deputat Laburista t-Tabib Silvio Grixti.
L-akkużati dalgħodu dehru quddiem il-Maġistrat, iżda l-Ispettur Friġġieri le.
Matul dawn l-aħħar jiem, tkellimna ħafna dwar il-wisq kumbinazzjonijiet li issa saru ‘pattern‘ fi ħdan l-FCID li jinkludu ħbiberiji intimi ma’ ċerti esponenti tal-PN.
Nispera ma rfistx xi kallu ta’ xi ħadd!
Iżda nistaqsi għal ħabibn biss: Jaqaw bagħtu għal Friggieri minn Scotland Yard jew mill-FBI, għaliex jafu kemm hu investigatur kapaċi u jaf iżomm il-files kunfidenżjali minn idejn jew għajnejn dawk li mhux suppost jaraw jew imissu?
Inkompli nafaxxina ruħhi, f’dan il-pajjiż ta’ għeġubijiet kbar!