Li l-Membru Parlamentari Nazzjonalista Ivan J. Bartolo xeba’ fil-PN ilu magħruf.
Iżda x’wassal biex Bartolo issa ddeċieda li ma jerġax jikkontesta l-Elezzjoni Ġenerali?
Dan kien ‘star candidate’ tal-PN sa ftit tas-snin ilu, u kien fost l-aktar msemmi li jħejji l-istrateġija għall-qawmien finanżjarju tal-PN. Kien ħabbar pjan għal kiri ta’ xi sulari tad-Dar Ċentrali lil xi kumpanniji tal-gaming u saħansitra pjan biex Bernard Grech ikun kuljum fost in-nies f’diversi loklaitajiet.
Minn dan kollu ma twettaq xejn għaliex tal-establishment ma ħallewħx jindaħal.
Insistew miegħu, li fid-Dar Ċentrali jikkmandaw huma, u hu kellu joqgħod għall-ornijiet tagħhom.
Madankollu, jidher li Ivan J. Bartolo kien imwassal biex jixba u jitlaq minn xi wħud li għandhom interess li l-PN jagħmluh ħafna militanti, bl-iskop li jwaqqgħu lill-Gvern ta’ Robert Abela.
Bartolo hu meqjus bħala moderat, u fil-PN maħkum mill-estremisti, m’hemmx post għall-moderati.
L-aħbar tal-lum mħabbra minn The Malta Independent twitti t-triq għar-ritorn fuq il-ballot sheets tar- 4 u d-9
Distrett għal ħadd ħlief Jason Azzopardi!
Għalkemm dan l-aħħar fuq TimesTalk, Jason Azzopardi ddikjara ‘kategorikament’ li mhux se jerġa jikkontesta l-elezzjonijiet, lkoll nafu l-istorja twila ta’ gideb ta’ Azzopardi.
Jason Azzopardi – nassigurakom – se jerġa’ jkun kandidat tal-PN fuq ir04 u d-9 Distrett!
L-aħħar misteru għad-9 Distrett li se jkolna nsolvu, hu jekk l-Avukat Joseph Giglio jitħalliex bi kwietu minn Jason Azzopardi.
Nistennew u naraw.
Ha jitla# siparju, u l-jokers joħorġu kollha.