ITTRA MIFTUĦA LILL-KUMMISSARJU TAL-PULIZIJA ANGELO GAFA
Għażiż Kummissarju Angelo Gafa,
Dejjem kelli u nibqa jkolli rispett lejk personali, u lejn il-kariga li tokkupa bħala Kap Kmandant tal-Pulizija ta’ Malta.
Ħriġt għonqi għalik meta tul is-snin, spiċċajt fil-mira ta’ attakki inġusti kontrik minn diversi bnadi. Int ġejt attakkat għaliex kont qed twettaq xogħolok bħala Pulizija, investigajt u ressaqt lin-nies.
Dan l-aħħar qed tkun attakkat minn Repubblika u mill-Partit Nazzjonalista.
Żebilħuk, tefgħulek strixxuni mal-kanċell tad-Depot, żammew protesti u saħansitra tellgħu l-kampijiet mal-bieb minn fejn tidħol għax-xogħol.
Dan kollu quddiem ir-rekord pożittiv tiegħek bħala investigatur f’każi ta’ kriminalita’ organizzata, naqqast ir-rata ta’ kriminalita’ sena wara sena, ir-riformi li wettaqt fil-Korp, u kif għollejt il-fiduċja tal-poplu fil-Pulizija.
Izda issa ppermettili nkellmek apertament, pubblikament.
Il-Ministru Byron Camilleri hu twajjeb u onest wisq. Naf li mhux se jindaħal qatt f’xogħolok jew jikkmandak. Iżda jien ċittadin ħieles, u nemmen li nista naqsam ftit ħsibijiet miegħek.
Tqis din l-ittra bħala xi pressjoni fuqek. Anżi qiesa bħala nota ta’ rispett u fejn naf it-track record tiegħek, naf li se tismgħani.
Qed inkellmek fuq dak li qed joħroġ fid-deher ta’ kuljum fejn jidħol il-partiġġjaniżmu sfaċċat minn ċerti uffiċċjali fi ħdan il-Korp.
Jekk wieħed jinnota l-ammont ta’ leakages mis-sezzjoni tal-FCID, li jibdew mit-tfittxija fuq id-Dar tal-eks Prim Ministru Joseph Muscat u kif saret minn wara dahrek, tinnota l-pattern ċar ta’ abbużi minn uffiċċjali fdati minnek.
Nistiednek titlob lill-Internal Affairs tfittex u tinvestiga kemm-il darba saru telefonati mill-mobiles ta’ ċerti uffiċċjali fl-FCID u anki mil-linji diretti tal-FCID f’Sta. Venera lil Jason Azzopardi u lil Robert Aquilina.
Hemmhekk se ssib sorpriża li se taffaxxinak.
Kemm il-statement, chat, u prova oħra kienu scanned propju mill-photocopier tal-FCID u mibgħuta b’email u whatsapp lil dawn il-persuini li semmejt?
Hawnhekk ukoll nassigurak li se jkollok sorpriża.
Qed ngħid dan kollu, għaliex il-pattern ta’ partiġġjaniżmu sar tant sfaċċat, li minn wara dahrek qed isiru telefonati bejn dawn l-uffiċċjali u Jason Azzopardi, li s-suf fuq ġismek jitla’ kollu, sforz is-sfaċċatiżmu tagħhom.
Li kieku taf x’jgħidu fuqek u kemm għad iridu jkomplu jisfidawk.
Mhux għax int dgħajjef, iżda ladarba jarawk tafda wisq f’idejhom, aktar ikabbru l-arja u jaġixxu bħala estenżjoni tal-Partit Nazzjonalista milli tal-Korp tal-Pulizija.
Sur Kummissarju, l-FCID sar qisu każin tal-PN. Kollox li jingħad u jkun investigat hemm ġew qed ikun leaked lu dan ilu jsir.
X’sar minnha l-ordni tal-Qorti biex Robert Aquilina ikun investigat fuq leakage li kwasi fixkel investigazzjoni?
Sfidak bl-aktar mod sfaċċat biex jintimidak fuq hekk. Saħansitra mar jagħmel press conference barra d-Depot biex jisfidak u jgħajjrek.
Fi ħdan l-FCID donnu hemm ossessjoni kontra kollox li hu Labour.
Din l-ossessjoni – magħġuna ma’ aġenda politika ċara – saret aktar minn ovvja.
Nispjega kif.
Għaddew tlett ġimgħat li jien ikkorrispondejt miegħek u mal-FCID dwar atti ta’ misappropjazzjoni mwettqa mill-Partit Nazzjonalista fil-konfront tal-eks ħaddiema tiegħu.
Ktibt fuq li ktibt nesponi skandlu wara l-ieħor ta’ korruzzjoni u abbuż ta’poter imwettaq minn esponenti tal-PN il-bieraħ u llum.
Ktibt kemm flaħt fuq l-oxxenita tal-evażjoni u l-miraklu tal-ħlas tal-kont tat-taxxa tal-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech.
Ktibt ripetutament fuq in-nuqqas ta’ pubblikazzjoni tal-kontijiet tal-PN gaħl dawn l-aħħar erba’ snin.
Kellimni l-Ispettur Rotin, qalli li nfetħet investigazzjoni. Iżda mill-kliem qed nappellalek biex ngħaddu għal fatti.
Nippretendi li quddiem is-serjeta’ ta’ dawn ir-reati, li l-FCID timxi bl-istess ħeffa li mxiet fil-konfront ta’ Joseph Muscat, Chris Fearne, Edward Scicluna, Konrad Mizzi, Keith Schembri u tant nies oħrajn.
Kummissarju, nippretendi li teżiġi – f’isem is-sens komun – li l-FCID jitnaddaf mill-elementi partiġġjani u perikolużi, li qed jużaw il-poter tagħhom biex jipperesegwitaw lin-nies.
Int ħares lejn Jeremy Portelli li spiċċa tiela’ u nieżel il-Qorti għal sentejn, fejn Spettur tal-Pulizija b’kumbinazzjoni nzerta fuq il-paġna Facebook ta’ Norman Vella, biex aġixxa bl-aktar mod frivolu.
Ħares lejn il-kumbinazzjonijiet ta’ Sean Ferriggi u l-ħbiberija intima tiegħu ma’ Jason Azzopardi u l-kumbinazzjoni li jinzertaw jaħdmu fuq l-istess każi f’awli differenti.
Ħares lejn il-kumbinazzjonijiet, ir-rabtiet, il-familjarita’ u l-frekwenza tal-kuntatt u l-kunfidenza bejn l-FCID u Jason Azzopardi.
Insomma, qed niktiblek dan kollu, għaliex jekk jien – mionkejja d-diżabilita’ fil-vista tiegħi – jirnexxieli – bħal tant oħrajn, li nara dan kollu jiżvolġi, nemmen li int ukoll taf bihom.
Ejjew inkunu ġusti u trasparenti.
Wasal iż-żmien li jsir it-tindif meħtieġ.
Wasal iż-żmien li l-FCID tassew tinvestiga lill-PN, Bernard Grech u esponenti oħra.
Wasal iż-żmien li l-file fuq unexplained wealth tal-FIAU fuq Jason Azzopardi jiċċaqlaq minn fuq id-desk tal-investigaturi tiegħek.
Wasal iż-żmien li n-nies tiegħek, Repubblika u tal-Partit Nazzjonalista jibdew jibżgħu mill-awtorita’ tiegħek.
Inselli għalik,