Hu evidenti li l-Partit Nazzjonalista għadu u se jibqa taħt it-trawma tar-riżultat elettorali storiku tad-9 ta’ Marżu 2013.
Filwaqt li Karol Aquilina litteralment ġiegħel lil Bernard Grech biex iniżżel lin-nies fit-toroq, ndundaw tard wisq li d-data li fil-fatt għażlu ġimgħatejn ilu, kien propju id-9 ta’ Marżu.
Kellhom ikunu n-nies li mill-ewwel indikawlhom l-iżball, iżda kien tard wisq.
Bernard Grech laħaq mar fuq it-televiżjoni biex iħabbar il-protesta bl-għajta ridikola ta’ ‘Gvern li Falla’, biex sa siegħa wara, waqgħu għan-nejk.
Jien infurmat bl-argumenti sħan li qamu fid-Dar Ċentrali meta xi ħadd prominenti hemm ġew ġibed l-attenżjoni u qalilhom, ‘imma hawn ġew nafu x’qed nagħmlu?’
Għandu raġun! Mill-jiem kollha fil-kalendarju! Propju d-9 ta’ Marżu kellhom jgħażlu!
Evidenża ċara, kemm il-PN baqa’ u se jibqa’ taħt it-trawma ta’ dakinhar meta biċċa tifel minn Burmarrad’ irranġahom għall-frisk!