Kemm hu ‘touchy’ Arnold Cassola?
Issa li waqqaf partit ieħor, fejn qed jgħajjat għat-trasparenza u l-kontabbilta’, kulma kellu bżonn kien ritratt li jien ippubblikajt fuq Facebook il-bieraħ filgħaxija, biex għamel propju l-kontra.
Ritratt li wasalli ta’ Cassola liebes il-malja u jixtrob waqt li hu bil-qiegħda b’saqajh miftuħin beraħ, jesponi l-kaxxa tal-vot vojt tiegħu, wassal biex isir intervent minn Facebook li neħħieli r-ritratt fuq ‘rapporti’ ta’ xeni ta’ nudita’ u ħafna affarijirt oħra li ma kellhom x’jaqsmu xejn.
Ir-rapporti saru minn Malta lejn Meta, il-kumpannija li tamministra Facebook.
Dan juri kemm Cassola mhux biss hu ‘touchy’ iżda minn persuna li jħobb jgħid fuq kulħadd permezz tal-għajta tiegħu ‘Citizen’s Watch’, din id-darba fejn iċ-ċittadin ħares lejh: Ħarab!
Madankollu, filwaqt li Facebook neħħa r-ritratt ta’ Cassola minn kull paġna li għamel share, jidher iżda li Meta laqgħet l-appelli ta’ kulħadd li pprotestaw għal din iċ-ċensura bla sens.
Din mhix l-ewwel darba li qed tintuża din it-tattika. Cassola hu tal-establishment kontra kollox li hu Labour.
Jidher biċ-ċar li jaħdmu b’mod ikkordinat biex jiċċensuraw u joskuraw kollox li jista jimbarazzahom.
Għalhekk ir-reżistrenza tagħna. Hawn aħna, u hawn se nibqgħu.