F’Jannar li għadda reġa feġġ fostna Simon Busuttil.
Kien kullimkien fil-media, fuq podxast u fuq il-gazzetti, b’intervisti u kummenti. F’daqqa’ waħda reġa’ sparixxa.
L-istramba hi li f’kull intervista jew kumment li għadda lill-media f’Janbnar, Busuttil kien ċert biex iwassal il-messaġġ tiegħu, li għadu jferfer. Mhux tant lejn il Laburisti, li għadu għatyxan għall-vendetta, iżda pjuttost lejn it-tmexxija tal-lum tal-PN taħt Bernard Grech, liqed isegwi kollox u qed iħuf.
Il-fatt li sparixxa minn tmiem Jannar jagħti x’tifhem ħafna, fil-PN ma jiħi qatt xejn b’kumbinazzjoni.
Li hu żgur hu, li Simon fid-Dar Ċentrali ma daħalax mindu rritorna minn Brussels fejn serva bħala s-Segretarju Ġenerali tal-EPP ma’ sieħbu Manfred Weber.
Rajtna iżda, żieda fl-attitudni arropganti ta’ dak li qed jissejjaħ bħala l-ambaxxatur tiegħu fid-Dar Ċentrali – Karol Aquilina.
Mindu sparixxa mill-ġdid Busuttil, Karol Aquilina b’kumbinazzjoni kabbar l-arja tiegħu, litteralment ħa over lill-PN u ġab lil Bernard Grech jitkellem waħdu.
Aquilina bħalissa qed imexxi lill-PN f’isem l-establishment li qed tħejji għal darnb’ oħra kolp ta’ stat f’Tal Pieta’ .
Li sparixxa Simon Busuttil mhix b’kumbinazzjoni. Ifisser li jrid ineħħi u jaljena mill-attenżjoni fuqu. Il-messaġġ tal-bidu serva. Karol qed jaħdimlu. Il-vendetta tiegħu hi imminenti.
Mindu rritorna Malta, Busuttil kien skars biex jgħid x’qed jagħmel, fejn qed jaħdem u kif qed jaqla x’jiekol.
Huma mistoqsijiet leġittimi, li baqgħu bla risposti. Meta tal-PN ma jwieġbux, dejjem fisser li qed tinħena u li qed ikun ippjanat xi ħaġa.