Aw sieħbi Karol Aquilina!
Erġajna!
Qed narak attiv ħafna dan l-aħħar, taqbeż u tippurċinella fil-pubbliku, fil-Parlament – u issa – anki minn wara l-keyboard biex taqbeż għal sieħbek Norman ‘Price’ Vella!
Madonna, kemm issiru touchy malli l-ġustizzja teħles Laburist minn taħt akkuża frivola – instigata mill-istess ħabib tiegħek, -u dan għaliex ħareġ jiddenunżja l-persekuzzjoni tagħkom kontra l-Laburisti.
Karol – jew x’jismek, għax għandek turrun laqmijiet spettakolari mogħtija lilek mill-poplu Malti li tqażżeż jara l-kummiedji tiegħek – jekk għalik dak li jikteb u jgħid sieħbi Jeremy Portelli hi ‘ħdura’, onestament kuntent jgħix biha, u anki jien. Għaliex meta mqabbel mal-ħdura tiegħek u ta’ sħabek lejna l-Laburisti, hi tassew nejka ta’ qattusa!
Trid il-kundanna tal-Prim Ministru għall-kitba ta’ Jeremy u tiegħi?
Ara vera purċinell int!
Jekk il-Qorti illiberat lil Jeremy Portelli mill-akkuża ta’ ‘hate speech’ xi tridu jikkundanna l-Prim Ministru? Lilek talli żżattat?
U int min int biex tgħid x’għandu jagħmel il-Prim Ministru?
M’għandekx il-Kap ta’ Partit tiegħek, li diġa’ ġibtu żugraga, u qed tumiljah kuljum quddiem pajjiż sħiħ?
Ma jżommokx busy biżżejjed Bernard Grech?
Għamilli pjaċir Karol, tindaħalx fl-affarijiet la tiegħi, la ta’ Jeremy u wisq aktar tal-Partit Laburista.
Filwaqt li jien u Jeremy se nkomplu nesponu l-vilta’ tiegħek u ta’ sieħbek Norman ‘Price’ Vella għall-karattri arditi u entitled li inthom, il-Partit Laburista se jkompli jkun il-Partit fil-Gvern, u ċertament m’għandux bżonn il-pariri jew il-gwida tiegħek.
Allaħares il-Partit Laburista jitmexxa bil-mopd ta’ kif int qed tmexxi lill-Partit Nazzjonalista,m kummidjant!
Sa ma nerġgħu niltaqgħu,
Għoddni dejjem il-bogħod ħafna minnek,
Karl Stagno-Navarra
Laburist