Fuq Jason Azzopardi smajna ħafna stejjer dwar il-ħidma merċenarja tiegħu ma’ negozjanti prominenti.
Nafu fuq l-affarijiet b’xejn li ħa mingħand ta’ Tumas Group, u li konvenjentement ried jaħbi minn kulħadd. Fost dawn hemm ikliet, swali u vjaġġi b’xejn fi kmamar lussużi tal-Hilton f’Tel Aviv! L-aqwa li jieħu b’xejn!
Iżda hemm negożjant partikolari, li n-negożju tiegħu hu propju ż-żejt, fost affarijiet oħra, u li Jason Azzopardi għadu ma tkellem qatt dwaru.
Jason Azzopardi hu komdu ma jitkellim xejn la dwar dan in-negożjant u lanqas fuq il-każ dwar l-iskandlu taż-żejt, li issa ilu mwaħħal quddiem il-Qrati tal-Maġistrati għal dawn l-aħħar 11-il sena.
Dan għaliex Jason Azzopardi irid jaħbi din il-ħbiberija intima li għandu ma’ dan in-negożjant li fil-fatt għandu konnessjoni mal-iskandlu taż-żejt.
Azzopardi ma jammettix li dan in-negożjant jafu sew tant, li kien saħansitra sponsor ewlieni għall-kampanji tiegħu fuq id-Distrett ta’ Ħal Tarxien.
Azzopardi ma jgħidx lanqas kemm kiel u xorob abbord il-’yacht’ ta’ dan in-negożjant, u kemm kien anki fil-kumpannija ta’ oħrajn li rriżultaw ukoll parti mill-iskandlu enormi ta’korruzzjoni fix-xiri taż-żejt għall-Enemalta.
Azzopardi – irridu niftakru – dak iż-żmien kien parti mill-Kabinett ta’ Lawrence Gonzi.
Allura l-mistoqsijiet għal Jason Azzopardi jiġu kważi spontanji:
Qatt tkellimt ma’ Lawrence Gonzi fuq din il-ħbiberija partiukolari?
Qatt iddikjarat id-donazzjonijiet sostanzjali li rċevejt mingħand dan in-negożjant għall-kampanji tiegħek?
Qatt ma ħassejt il-ħtieġa biex tiftaħ inkjesta maġisterjali u tikxef il-kobba mħabbla ta’ korruzzjoni multi-miljunarja li kienet qed tyiżviluppa quddiem għajnejk waqt li kont fuq il-yacht, flimkien ma’ wħud minn dawk li spiċċaw akkużati?
Possibbli qatt ma smajt xejn?