Lejliet l-Elezzjoni Ġenerali tal-2008 – elezzjoni li Lawrence Gonzi rebaħ bi żbrixx – ma saret l-ebda protesta fit-toroq tal-Belt, jitolbu għar-riżenji, jew il-ftuħ ta’ inkjesti kontra dak u l-ieħor.
Dawk kollha li llum jiffurmaw parti minn għaqdiet bħal Repubblika, Occupy Justice, PEN u oħrajn, kienu kollha ‘komdi’ f’cushy jobs mal-Gvern Nazzjonalista, jimpalaw il-Liri, u fuq kollox jgħattu l-ħniżrijiet mwettqa dak iż-żmien.
Il-Malti jgħid li ż-żmien inessi, iżda mhux għalija.
Wara li ktibt fuq l-aġir mafjuż tal-Partit Nazzjonalista kontra negozjanti li fallew fid-donazzjonijiet mensili tagħhom, hemm storja oħra kattiva ħafna ta’ kif Gvern Nazzjonalista ħadem biex jelimina lill-avversarju politiku tiegħu.
Meta l-Partit Nazzjonalista kien qed jara s-surveys u n-numri preokkupanti li kienu qed ipoġġu f’riskju serju ħafna r-rielezzjoni ta’ GonziPN fl-2008, l-editur maniġerjali tal-MaltaToday Saviour Balzan kien żvela kif f’lejl partikolari viċin il-Jum tal-votazzjoni, feġġ mal-bieb ta’ barra tad-dar tiegħu, ħadd għajr Edgar Galea Curmi, dak iż-żmien Chief of Staff tal-Prim Ministru Lawrence Gonzi.
Galea Curmi kellu envelope għal Balzan.
Ġo fih kien hemm dokumenti dwar allegati pendenzi li kellu mad-Dipartiment tal-VAT l-Avukat Harry Vassallo, li dak iż-żmien kien il-Kap tal-Partit Alternattiva Demokratika/
Għal GonziPN, Harry Vassallo kellu jkun skreditat immedjatament, għaliex kien theddida għar-rielezzjoni ta’ Gonzi, u s-surveys kienu qed juru li l-Alternattiva Demokratika kienet qed tiekol mill-voti Nazzjonalisti, u dan kien se ‘jpaxxi’ lill-Partit Laburista dak iż-żmien mmexxi ninn Alfred Sant.
L-attentat sfaċċat ta’ GonziPN
Saviour Balzan kien iddenunżja dan l-attentat sfaċċat tal-Gvern ta’ Gonzi li kien qed jipprova jużah biex ikiser lin-nies. Din ma kenitx l-uniku darba ta’ leakages minn Kastilja dwar nies lill-ġurnalisti bl-iskop li jitkissru n-nies avversarji għall-proġett politiku ta’ GonziPN.
Hemm istanzi ta’ leakages ta’ files oħra dwar is-saħħa mentali u ta’ saħħa ġenerali ta’ nies oħra għand il-mezzi tax-xandir dak iż-żmien.
Stejjer bħal dawn jiġu familjari ħafna llum mreta wieġed iqis li l-PN qatt ma fieq mill-użu ta’ tattiċi moqżieża biex jitkissru l-avversarji politiċi tagħhom.
Minn kampanji ta’ tfigħ ta’ tajn, għall-manuvrar ta’ inkjesti fażulli, allegazzjonijiet foloz u kampanji biex nies jintefgħu l-ħabs.
Il-ħabs għall-avversarji tal-PN hu l-post fejn jossessjona, bħal Spanja taħt il-Ġeneral Franco l-Argentina ta’ Pinochet u tant pajjiżi oħra fejn l-akkwist u l-protezzjoni tal-poter jiġi l-ewwel u qabel kollox.
Għax fil-fatt għal mument, kienet għaddiet ta’ Kastilja, b’Harry Vassallo jiġi arrestat fuq ksur tal-Liġi tal-VAT, u saħansitra ġabet lill-Kummissarju tal-Pulizija – dak iż-żmien John Rizzo – b’dahru mal-ħajt għaliex imbarazzawh b’żewġ Pulizija jmorru għand Vassallo bil-mandat ta’ arrest u Rizzo ma kien jaf xejn.
Harry Vassallo spiċċa biex kellu l-multa fuq VAT konvertitat f’sentejn ħabs mill-Qorti, u kien – kumbinazzjoni ġurnalist ta’ NETTV – li mar għandu personalment biex jikkonfrontah bl-aħbar li kien se jmur il-ħabs!
Filwaqt li l-Gvern ta’ Gonzi u l-PN ċaħdu li kellhom xi indħil fil-każ Vassallo, ħelwa kienet l-istqarrija ta’ media.link li tmexxi NET TV, li kienet tgħid: ‘m’għandna x’naqsmu xejn ma dan kollu.’
Tidħol Daphne Caruana Galizia
L-affarijiet dak iż-żmien kienu ħadu żvolta aktar interessanti, meta Daphne Caruana Galizia kienet appoġġjat il-kampanja moqżieża ta’ GonziPN, u kitbet bis-saħħa kollha kontra Harry Vassallo, tant li akkużatu li ‘kull min jikser il-Liġi dwar il-VAT għandu jħallas ta’ għemilu’.
Kienet pożizzjoni konvenjenti ħafna ta’ Caruana Galizia li tgħid dan, wara li aktar il-quddiem fiż-żmien irriżulta li hi kellha kont ta’ €100,000 mad-Dipartiment tal-VAT.
Agħar minn hekk, meta l-Partit nazzjonalista fil-Gvern lagħab din il-logħoba moqżieża ma’ Harry Vassallo fuq il-VAT, kien fl-eqqel tal-ksur tiegħu stess tal-Liġi dwar il-VAT u serq tal-bolol mingħanfd il-ħaddiema tiegħu stess!
Allaħares kien Gvern Laburista li wettaq dawn l-oxxenitajiet!
Infakkarkom, dak iż-żmien kollha nafu fejn kienu Jason Azzopardi, Karol Aquilina, Robert Aquilina u Manwel Delia!
Ma kienux żgur qed jiddimostraw fil-Belt u jkellmu lillGvernijiet u lill-Ambaxxaturi barranin. Kienu qegħdin ipappuha tajjeb u mhux jagħlqu għajnejhom għal li kien qed jiġri, iżda jipproteġu t-territorju tagħhom: Dak li jibqgħu fil-Gvern!