L-eks Deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo kien ċar u bla tlaqliq fil-kumment tiegħu fuq Facebook, għal artiklu interessanti pubblikat illum fil-ħarġa tal-gazzetta tal-PN ‘il-mument’.
‘Il-makna tal-mibgħieda hi b’saħħitha wisq ‘ kiteb Edwin Vassallo biex ikompli mal-artiklu ta’ Carm Mifsud Bonnici, li uża l-gazzetta ‘il-mument’ biex indirettament jattakka lill-fazzjoni estrema li ħatfet lill-PN.
Mifsud Bonnici kien qed jirreferi għax-xenati u d-diskors ta’ sfida u dispreġġattiv ta’ Karol Aquilina lejn l-iSpeaker tal-Kamra Anġlu Farrugia fis-seduti ta’ nhar it-Tnejn u nhar bit-Tlieta li għadda.
Fi kliem Mifsud Bonnici, ix-Shadow Minister għar-Riforma Kostituzzjonali, dak li seħħ fil-Parlament: ‘ma naħsibx li kkonvinċejna wisq aktar persunibiex jibdlu l-fehma’.
Iżid jgħid li hu ma ħassux li b’dak li seħħ fil-Parlament tul dsawn l-aħħar jiem, b’xi mod ser inġibu lura lil dawk li ma jridux jivvutaw’.
Carm Mifsud Bonnici kien qed jitkellem fuq in-naħa tiegħu. Fuq kif l-imġieba ta’ Karol Aquilina, kaxkret miegħu lill-Grupp Parlamentari kollu tal-PN, u l-opinjoni pubblika rat propju dak!
Din hi t-tieni darba li Carmelo Mifsud Bonnici ħareġ jattakka lill-fazzjoni estrema tal-PN.
Ftit wara l-elezzjoni tal-2022, Mifsud Bonnici kkummenta kif qajjem kemm-il darba l-punt li mill-house visits in-nies kienu qed ikunu ari miegħu.
‘Abbandunaw il-mibgħieda, għaliex mhux se tieħdu r-ruħ!’
Mifsud Bonnici xeba’ fil-PN, u tkellem kemm-il darba mal-amministrazzjoni tal-partit, li m’għadux jagħraf dak il-partit li jqis li kien tant glorjuż u li fih mmilita missieru fi żminijiet ferm differenti.
U kien propju missieru Ugo Mifsud Bonnici, li flimkien ma’ Eddie Fenech Adami, ddeċidew li jkeċċu lil Josie Muscat mill-PN wara li beda juri sinjali ċari ta’ estremiżmu.
Bernard Grech illum iżda, mhux tal-istess stoffa!
Tpoġġa fil-kariga, ġabuħ skjav tal-fazzjoni estrema, u mhux kapaċi jkeċċi lil min qed jaghħmel ħsara inkalkolabbli lil-PN flok iwasslu lejn Kastilja.