Meta Keith Pace tresaq il-Qorti nhar il-Ġimgħa li għadda flimkien ma’ żewġ persuni oħra, mixlija li ħebbew, heddew, inġurjaw u fixxklu lill-ġurnalisti waqt il-qadi ta’ dmirijiethom barra l-Qorti, kien hemm il-paġna sidestreetmalta li tagħtu pjattaforma għal dikjarazzjonijiet stupidi li beda jagħmel fuq il-Ministru Byron Camilleri.
Quddiem il-Qorti, dan Keith Pace iddikjara li ‘jisgħobbieh’ ta li għamel, iżda kif mar id-dar b’sentenża sospiża għall-attakk fuq il-ġurnalisti tal-One News, nesa l-kundizzjoni li biha ngħata dik is-sentenza sospiża.
Għal Keith Pace ma kienx biżżejjed li jipprova jiddevja mill-attenżjoni tal-opinjoni pubblika u tal-Pulizija fuq qrabatu u ta’ sħabu għas-serqa tad-droga minn Ħal Safi, billi nfexx f’kantaliena biżżarra kontra l-Ministru Camilleri, tant li pprova jimplika lill-istess Ministru fis-serqa.
Il-kredibilita’ tas-Sur Pace hi dik li hi fost l-opinjoni pubblika, iżda daqstant hu magħruf ukoll l-akkaniżmu politiku tiegħu favur il-Partit Nazzjonalista.
Fil-Hamrun, kif ukoll fil-Belt is-Sur Pace hu magħruf ma’ liema klikka jħobb jieħu birra, fejn isib lilu nnifsu komdu ħafna jivvomta fuq il-Partit Laburista u fuq il-Laburisti. Malta żgħira u n-nies magħrufa jgħid il-Malti.
B’sidestreetmalta topera mid-Dar Ċentrali u wżatu biex rikbet fuq id-djatriba tiegħu kontra l-Ministru Byron Camilleri, issa dan Keith Pace ddeċieda jikteb kumment ieħor fuq Facebook, fejn wieġeb lil xi ħadd u bi traskuraġni kixef kemm jaf fuq il-każ.
Iżda Keith Pace mhux stupidu daqs kemm xi wħud jistgħu jaħsbuh.
Meta tkun taf xi ħaġa daqstant importanti, għidha lill-Pulizija li fuq kollox int Sur Pace, mort għandhom fl-ewwel istanza biex tevita ħafna konsegwenzi serji fi ħdan l-indirizz tiegħek stess.
Iżda kien żball oħxon – forsi traskuraġni – li tiddevja għal darb’oħra fuq il-Laburisti.
Ħa nistaqsi għal ħabib:
Sur Pace lil min kellimt fil-Partit Nazzjonalista bejn il-Ġimgħa u llum?
Ingħatajt pariri? tawk xi gwida? semmewlek talba għal maħfra Presidenżjali?
Qed nistaqsi biss, għaliex naf li meta tagħmel ix-xita jidħol l-ilma mill-ħitan tad-Dar Ċentrali, l-istess id-diskors.